Qed tikber ir-rabja kontra Byron Camilleri talli ħalla lil Alex Dalli waħdu

Qed inġib messaġġ li persuna kiteb fuq post li tella’ One News dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq il-ħabs ta’ Kordin fi żmien l-amministrazzjoni ta’ Alex Dalli. Persuna kitbet taħt dan il-post ta’ One News u qalitha ċara li mhux sew li s-Sur Dalli tħalla waħdu mill-Gvern. Dan ma semmiex ismijiet imma jidher ċar li kien qed jgħid għall-Ministru tal-Intern, Byron Camilleri.

Camilleri qed ikun attakkat li abbanduna lid-Direttur tal-Ħabs, Alex Dalli u ma ddefendihx meta issa ħareġ ċar mir-rapport tal-Awditur Ġenerali stess, li Dalli kien qed jagħmel numru ta’ riformi fil-ħabs. It-tneħħija ta’ Dalli qed tkun deskritta bħala pass biex il-ħabs jerġa’ jsir bejta tad-droga. Issa Byron Camilleri innifsu qed jissogra li ma jitlax.

Leave a Reply