L-uniku ċans għal Arnold Cassola li jitla’ fil-Parlament huwa dak li joħroġ kandidat mal-Partit Nazzjonalista

F’artiklu fit-Times, Arnold Cassola jgħid li l-Partit Nazzjonalista tal-lum immexxi minn Bernard Grech hu ferm agħar fil-polls milli kien dak immexxi minn Dr. Adrian Delia. Huwa kompla biex jagħti parir lil dawk li fis-sondaġġi ma jridux juru kif se jivvotaw biex dawn ma jappoġġjawx lill-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech, imma jivvotaw biex jeleġġu kandidati Indipendenti bħalu biex l-oppożizzjoni fil-Parlament ma tkunx magħmula mil-Partit Nazzjonalista biss, imma jkun hemm hu u oħrajn bħalu.

Kull ma nixtieq ngħid huwa li Arnold Cassola kien ħareġ kontra Adrian Delia u favur Bernard Grech. Nemmen li ġenwinament ried li l-Partit Nazzjonalista jkun aħjar u mhux li jiddgħajjef. Biss illum, huwa l-istess Arnold Cassola li qed jagħmel ammissjoni li l-PN huwa aktar dgħajjef minn qatt qabel.

Dak li jrid jingħad hu li llum fil-Parlament, il-Partit Nazzjonalista mhux l-uniku partit fil-oppożizzjoni iżda hemm ukoll il-formazzjoni ta’ Marlene u Godfrey Farrugia. Jiġifieri ġa għandna sitwazzjoni fejn jeżisti partit indipendenti fil-Parlament. Mela l-poplu seta’ jduq x’jiġri meta jkollok individwi jew partit bi ftit deputati li jagħmlu parti mill-Oppożizzjoni iżda mhux parti mill-partit il-kbir fl-oppożizzjoni.

Waqt li Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia qatt ma aċċettaw lil Adrian Delia u naħseb li l-anqas kien hemm xi approach min-naħa tal-Partit Nazzjonalista biex jintleħaq ftehim magħhom. Imma dak li ġara kien li wara li leħaq Bernard Grech, kemm Godfrey u Marlene bħal donnu sparixxew. La qatt tisma’ bihom u ftit li xejn jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-Bernard Grech. Anke l-attendenza tagħhom għas-seduti hi waħda fqira. Nifhem li kemm Godfrey u Marlene għandhom linja li tixbaħ lil din ta’ Arnold Cassola jew ixxaqleb – aktar iwa milli le – lejn il-pożizzjonijiet ħlief naħseb, fuq l-issue tal-abort. Biss naħseb li dan in-nuqqas ta’ attiviżmu ta’ Godfrey u Marlene ser jilgħab kontra kandidati indipendenti bħal Arnold Cassola fl-elezzjoni li ġejja.

Biss hemm ċans li jidħlu kandidati indipendenti jew partiti żgħar fil-parlament, imma dawn m’humiex min-nies bħal Cassola, imma minn dawk li jirrappreżentaw aġendi estremi li f’għajnejn ħafna juru li huma tal-Lemin estrem u b’aġenda kontra l-Unjoni Ewropea, partiti favur il-kaċċa jew oħrajn kontra l-immigranti.

Dawn għandhom following b’saħħtu minkejja li s-sistema elettorali tagħna ma tiffavorixxix lill-partiti ż-żgħar, xorta jista’ jasal iż-żmien li jidħlu. Illum dak li jonqoshom huwa leader kariżmatiku. Cassola mhux iqis li jekk wieħed minn dawn il-partiti jidħlu bi żbrixx fil-parlament dawn jistgħu faċilment jifthemu mal-gvern li jkun lest jimbotta l-aġenda tagħhom.

Mela l-uniku pożizzjoni li faddallu Arnold Cassola huwa li jekk verament jemmen u jrid jara l-gvern korrott Laburista jnaqqas il-voti, allura, fix-xenarju politiku tagħna triq waħda fadallu, dik li jappoġġja lill-Partit Nazzjonalista u joħroġ kandidat mal-Partit Nazzjonalista. Jekk jagħmel hekk, iżid iċ-ċans li jitla’ fil-Parlament.

https://timesofmalta.com/articles/view/pn-no-longer-sole-opposition-party-arnold-cassola.918592Enter

Leave a Reply