Where your opinion counts

Il-Media tal-Knisja tuża kumment ta’ biex tattakka lil-Lejber u tipprova ssalva lil Bernard Grech fuq it-tgħaffiġa tal-kannabis

 

Anzjana tkellmet fuq Xejk TV u ġrat xi ħaġa li qatt ma ġrat qabel. Newsbook spiċċa jagħmel artiklu fuq dak li qalet din ix-xiħa. Fl-opinjoni ta’ ħafna, dan ġie meqjuż bħala attentat patetiku mill-medja tal-Knisja biex tipprova taqsam lill-Laburisti bejniethom u ssalva wiċċ Bernard Grech.

Din in-nanna qalet li hi Nanna Mintoffjana. Naħseb li dan kien kumment ġenwin minn bniedma li għandha kull dritt taħseb kif trid fuq il-liġi tal-kannabis. Din in-nanna qed tħajjar lil nanniet bħala, ġenituri, għalliema u lil kull min hu responsabbli biex joħorġu jipprotestaw kontra l-abbozz ta’ liġi dwar l-użu tal-kannabis. Dan l-abbozz jidher ċar li se jgħaddi mill-Parlament mingħajr ebda diffikulta ta’ xejn.

F’dan l-kumment tagħha n-nanna rreferiet għall-membri tal-Parlament li sejħitilhom biex ikunu deputati ta’ sinsla u ma jgħaddux din il-liġi mill-Parlament. Li huwa kurjuż hu li din is-sinjura ma ddejqitx tesprimi l-opinjoni tagħha u tinkoraġġixxi nies bħala biex jagħmlu l-istess.

Biss il-medja tal-Knisja ma qalet ebda kelma f’dan l-artiklu biex taqbel jew tirribatti d-diskors ta’ din in-nanna. U l-anqas kienet tkellmet kontra din l-istess liġi meta l-Partit Nazzjonalista kien qed jittutamba jekk jivvutax favuriha jew le.

Il-media tal-Knisja kkwotat x’qalet din il-mara u spiċċat tikkwota wkoll li diversi għaqdiet li esprimew id-diżappunt qawwi tagħhom għal din il-liġi. Dan juri kemm hu maqtugħ mir-realta’ il-Partit Nazzjonalista meta l-istrateġisti tiegħu qalu lill-kap biex jagħti support lil din il-liġi. Minflok ingħaqad ma’ dawk l-għaqdiet li kienu kontra din il-liġi, Bernard Grech kien jorganizza laqgħat tal-Grupp Parlamentari, waħda wara l-oħra, biex jikkonvinċi lid-deputati biex japprovawha.

Imma x’opinjoni għandhom dawk il-ġurnalisti li jmexxu u jikkontribwixxi fi Newsbook, il-medja tal-Knisja, ma lissnu xejn almenu f’dan l-artklu. Allura bil-fors tibda taħseb li taw prominenza lil din in-nanna biex jippruvaw iniggżu lill-partitarji Laburisti u jfakkruhom x’kien jgħid Mintoff lis-sostenituri tiegħu u jippruvaw jgħinu kif jistgħu Bernard Grech wara li kellu jagħmel irtirata dwar il-liġi tal-kannabis.

https://newsbook.com.mt/nanna-mintoffjana-ssejjah-ghall-protesti-fil-belt/?fbclid=IwAR3OTjLOlZZ_pqoahrSCx3kriTzSG-yqoEs-KbKB6Byvm2wbGs2QEJvel40

One thought on “Il-Media tal-Knisja tuża kumment ta’ biex tattakka lil-Lejber u tipprova ssalva lil Bernard Grech fuq it-tgħaffiġa tal-kannabis

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *