Helena Dalli u l-kliem ta’ mbegħda

Matul din il-ġimgħa, Helena Dalli kienet fl-aħbarijiet minħabba dak li kixef il-ġurnal awtorevoli Taljan Il Giornale dwar il-pjanijiet li kellha biex jispiċċaw kliem bħal Milied u ismijiet Kristjani mill-fomm l-impjegati tal-Kummissjoni Ewropea.

Imma forsi ftit taw każ li l-Ħadd, li għadda l-Kummissarju Dalli kienet fil-gazzetta Illum. Skont dan il-ġurnal, il-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza, Helena Dalli, qalet li ma nistgħux inħallu l-istorja tirrepeti ruħha fejn jidħol kliem ta’ mibgħeda u saħansitra waslet biex għeddet li mhux se tiddejjaq ittella’ pajjiż quddiem il-Qrati tal-Gustizzja Ewropea jekk ikun hemm min dan id-diskors.

Naħseb wara dak li ġara din il-ġimgħa, il-Kummissarju Dalli ser taħsibha darbtejn kemm, fuq livell Ewropew, ser ittella’ pajjiżi bħall-Polonja u l-Ungerija quddiem il-qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, minħabba li l-gvernijiet tal-Lemin tagħhom qed jirreżistu libertajiet ċivili għal persuni LGBTIQ b’konsegwenza li qed tinħoloq tenzjoni fil-pajjiżi rispettivi tagħhom għaliex dawk b’orjentazzjoni sesswali differenti qed iħossu l-liberta’ tagħhom maħnuqa.

Infakkar lil Helena Dalli li ġa l-gvern ġdid, immexxi mis-soċjal demokratiċi fil-Ġermanja qed jara kif iġib lill-Polonja miegħu. Wara dak li ġara din l-ġimgħa, żgur li kellha tneħħi kull pretenzjoni li għandha. L-arja dejjem issir mal-pajjiżi iż-żgħar.

Iżda wieħed jistaqsi jekk Helena Dalli għandiex f’moħħha wkoll kliem ta’ mibgħeda fil-politika Maltija. Il-Gvern, li kienet tifforma parti minnu hi, instab ħati mill-Inkjesta Pubblika li ma pprevenix il-mewt ta’ ġurnalista. Qrajna fl-inkjesta kif il-Gvern li tiegħu hi kienet ministru wettaq attakki ta’ mibgħeda fuq ġurnalista u instiga lil dawk li jappoġġjawh, permezz tal-mezzi tax-xandir tiegħu, biex ikomplu jkasbru lil dawk li mhux tal-fehma tagħhom.

Fost l-oħrajn, Helena Dalli, għandha tgħid fil-pubbliku x’għamlet hi bħala omm ta’ wieħed mill-preżentaturi fuq ONE li kien ta’ kuljum iżid id-doża ta’ mibgħeda kontra Daphne Caruana Galizia speċjalment meta kienu jagħmlu assassinju tal-karattru u jxebħuha ma’ saħħara?

Kieku dak iż-żmien għamlet dmirha ta’ ġenitur u waqqfet lil binha milli jiffomenta l-mibgħeda kieku Daphne forsi għadha hawn u kieku konna nkunu f’pożizzjoni li ngħidu lilha biex trażżan l-attakki ta’ mibgħeda li kienet tagħmel mill-blog tagħha.

One thought on “Helena Dalli u l-kliem ta’ mbegħda

  1. U issa kieku u kieku se nibqu insemmu ta zmien ilu ? Kif nistu nimxu l quddiem u naraw li ninaqdu u mhux naghjru l xulxien bl ghamikna .

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *