Alex Dalli fetaħ libell ieħor kontra l-Malta Today fuq artiklu dwar is-siġġu tat-tortura.
Nhar it-Tlieta 22, ta’ Diċembru 2020, il-Malta Today ippubblikat artiklu bl-isem ta’ ‘Corradino inmate strapped to a restraint chair, prison director denies’. F’dan l-artiklu, il-ġurnalista Karl Azzopardi kien allega li Alex Dalli rabat lil Alfred Bugeja magħruf bħala l-Porporina ma’ dan is-siġġu, li l-ġurnalisti spiċċaw jiddeskrivuh bħala s-siġġu tat-tortura.
Fil-libell li fetaħ Alex Dalli qed jgħid li din hija allegazzjoni falza u malafamanti. Dak li hu interessanti li l-pruġunier li qed ikun allegat li ġie marbut ma’ dan is-siġġu ġie msemmi b’ismu. Dan is-sit kien fil-passat ippubblika artiklu fejn fih ingħad li l-istess, priġunier, jiġifieri, Alfred Buġeja, magħruf bħala l-Porporina, kien ċaħad personalment li hu qatt ġie marbut ma’ dan is-siġġu.
Sadanittant ġie ppubblikat r-rapport tal-Awditur Ġenerali. L-Awditur Ġenerali kien għamel audit tal-ħabs meta dan kien għadu amministrat mid-Direttur Alex Dalli u sab li l-ħabs kien qed jinżamm nadif u l-abbuż mid-droga naqas mill-ħabs.
Dan ir-rapport tal-Awditur Ġenerali jkompli jxejjen ħafna mill-aħbarijiet li kellna fil-ġurnali dwar il-ħabs.