L-artista Marica Azzopardi Balzan għamlet bas-relief ta’ Raymond Caruana u ppreżentatu lill-Kumitat Nazzjonalista tal-Gudja
Artisti nisa Maltin ftit li xejn huma magħrufa u dawk li jaħdmu fl-iskultura ħafna inqas. Waħda mill-artisti nisa promittenti li taħdem l-iskultura hija Marica Azzopardi Balzan.
Dan l-aħħar, is-Sinjura Azzopardi Balzan għamlet basso relievo fil-bronż ta’ Raymond Caruana, persuna li kienet inqatlet wara li kienu ġej sparati tiri lejn il-każin Nazzjonalista tal-Gudja fl-1986. Marica Azzopardi Balzan ippreżentat dan il-basso relievo lill-kumitat tal-Partit Nazzjonalista tal-Gudja.
Minn hawn u ħames t’ijiem oħra jaħbat l-ħamsa u tletin anniversarju tal-mewt ta’ Raymond Caruana. Caruana li kien inqatel fil-5 ta’ Diċembru 1986.
