L-arċisqof Scicluna għandu jissospendi ruħu sakemm issir investigazzjoni fuq l-artijiet tal-abbazia Navarra

Blog post minn osservatur politiku

Ftit tal-ġranet ilu rajna lill-Arċisqof Charles Scicluna ħiereġ mill-qorti ta’ Għawdex imdawwar minn xi sigurta għax kien hemm ġemgħa ta’ nies fil-pjazza tal-Katidral jippruvaw iwasslu messaġġ minħabba dak li huma għaddejjin minnu. Dan kollu għandu x’jaqsam mas-saga ta’ Abbazia li tinvolvi artijiet ġewwa Għawdex li kienu tan-Nobbli Cosmanna Navarra. Dan l-inkwiet żdied meta l-arċisqof fl-2017 iffirma ftehim biex din l-Abbazia taqa’ taħt il-kontroll ta’ dawk li qed jgħidu li huma l-familjari ta’ din in-nobbli li waqqfet din il-fondazzjoni.

Bħala riżultat ta’ dan il-ftehim diversi familji Għawdxin li jgħixu fi propjeta fuq l-art ta’ din l-Abbazia li kienet reġistrata f’isimhom issa qed jirċievu taħrik mis-sidien (familjari). Dak il-ftehim biddel is-sitwazzjoni tar-residenti Għawdxin li jgħixu fuq din l-art partikulari. Skond dawn ir-residenti l-arċisqof qed jipperikola l-għixien u l-propjeta ta’ dawn il-mijiet ta’ Għawdxin, u jista’ jkun anke Maltin, b’daqqa ta’ pinna.

Hawnhekk wieħed irid bil-fors jitlob li ssir investigazzjoni biex kulħadd isir jaf kif l-arċisqof wasal għal din id-deċiżjoni. Barra minn hekk għandu jsir pubbliku dak kollu li għadda bejn il-partijiet sabiex intlaħaq dan il-ftehim baxbax. Din il-kwistjoni nfetħet għall-interess pubbliku u mhux biss għal dawk ir-residenti milquta. Biex l-affarijiet ikunu jistgħu jsiru sewwa u kif titlob l-etika, l-arċisqof għandu jissospendi ruħu wara din il-balbuljata kollha.

Fil-frattemp jieħu postu l-Isqof Awżiljarju għal perjodu temporanju, għaż-żmien neċessarju biex issir l-inkjesta. B’hekk ikun stabbilit jekk kienx hemm xi foulplay f’dan l-arranġament li sar jew le.

https://timesofmalta.com/articles/view/trust-thy-shepherd-wayne-flask.918352?fbclid=IwAR2tWWHVMgzIIZyHBrcujcrb_-Oxeda1QnKB_hIBYHzvM5HHntojsBsFqFw#.YacN5PBiXMU.facebook

2 thoughts on “L-arċisqof Scicluna għandu jissospendi ruħu sakemm issir investigazzjoni fuq l-artijiet tal-abbazia Navarra

  1. Bhal ma jaf kullhadd, uhud mill-familji milquta f’din il-hadma bizzilla f’Ghawdex hemm familji li ilhom jghixu hemmhekk ghal ghexieren ta’ snin minghajr hadd ma kellimhom, ohrajn ghandhom kuntratti li jmorru lura s-snin u suppost li ghandhom il-preskrizzjoni.
    Il-kuntratt li sar fl-1675 minn Cosmana Navarra fit-twaqqif tal-Abbazia kien jesigi li l-kundizzjonijiet ghandhom jigu osservati minghajr mittiefsa ghal dejjem ta’ dejjem. Ewlieni fosthom, hemm l-obbligu li l-arcisqof ta’ Malta ta’ kull zmien ghandu hu biss id-dritt li jahtar jew jirrifjuta l-persuna nominata ghal rettur/abbati mill-padruni ta’ din l-Abbazia. Jekk fin-nuqqas li ma jkunx hemm dixxendent ta’ Federiku Falson Navarra li jiehu l-pussess bhala Rettur/Abbati ta’ din l-Abbazia, l-arcisqof (illum Charles Jude Scicluna) kellu l-obbligu li jahtar kjerku (qassis jew patri). F’mossa li s’issa, ghadu hadd ma jaf ghaliex, hlief l-eccellenza Arcisqof, fi Frar tat-2017, huwa ghogbu jahtar bhala rettur ta’ din l-Abbazia lill-avukat Patrick Valentino li la huwa dixxendent ta’ Navarra u wisq anqas kjerku.
    Bhal ma jaf kulhadd ukoll, l-Arcisqof ta’ Malta f’isem il-Knisja Maltija kien involut f’kawza fil-Qrati ta’ Malta fejn grupp ta’ irgiel kienu qed ifittxu lill-Knisja Maltija ghad-danni tal-abbuzi sesswali li kienu sofrew taht idejn xi religjuzi meta huma kienu ghadhom tfal. Bhal ma jaf kulhadd wiehed mill-avukati tad-difiza ta’ dawn l-irgiel kien l-Avukat Patrick Valentino.

    https://www.independent.com.mt/articles/2017-07-06/local-news/Archbishop-testifies-behind-closed-doors-in-compensation-case-by-victims-of-clerical-sex-abuse-6736176269

    https://www.maltatoday.com.mt/news/court_and_police/101343/st_joseph_home_sex_abuse_victims_lose_appeal_for_damages_from_church#.Yah8WvHMJUM

    Allura l-preskrizzjoni (time-barred) ghal abbuzi sesswali biss tghodd!!!

Leave a Reply

Your email address will not be published.