Issa ma għadhiex problema għall-Partit Nazzjonalista li jorganizza attivitajiet għand lukandier li xeba’ jgawdi taħt il-gvern tal-Lejber

Il-Partit Nazzjonalista qed jagħmel minn kollox biex jurta diversi sostenituri u votanti tiegħu. Il-partit wasal biex juża ‘two weights two measures’ fid-deċiżżjonijiet li qed jieħu.

Mela fuq dan is-sit sirna nafu dwar attivita’ li ttella’ Dr Bernard Grech fil-Corinthia Palace Hotel nhar 24 ta’ Novembru 2021.

Il-Partit Nazzjonalista u Dr Bernard Grech ma jiddejqux li jagħmlu ikliet jew attivitajiet f’waħda mil-lukandi tal-Corinthia Group. Din l-attivita’ ġiet organizzata f’lukanda ta’ Alfred Pisani li ilna ħafna naqraw fuq l-isfruttament tar-relazzjoni ‘cozy’ mal-Partit Laburista, speċjalment ma’ Joseph Muscat.

Is-Sur Pisani saħanistra rnexxielu jdawwar ċens ta’ art pubblika maħruġ għall-bini ta’ lukanda f’wieħed li fuqu se jibni u jbiegħ appartamenti u vilel lussuzi.

Bil-fors ikollna niftakru f’dak il-perjodu meta Robert Arrigo u Adrian Delia kienu jorganizzaw ikliet fil-lukandi tad-DB jew ta’ Tumas Group. Kull darba li kienu jsiru dawn l-attivitajiet kien jinqala’ putiferju sħiħ u kemm-il darba ġie insinwat li dan il-kap u l-viċi-kap kienu mixtrija.

Dak iż-żmien kienu jgħaddu kummenti li kienu jweġġgħu minħabba dawn l-attivitajiet li kienu jsiru. Imma mid-dehra dawk in-nies li kienu jagħmlu dawn il-kummenti ma għadhomx jaraw l-affarijiet bl-istess lenti. Ma għadhomx jiġu urtati li attivitajiet tal-Partit Nazzjonalista qed isiru f’lukandi partikulari li s-sidien tagħha xebgħu jgawdu taħt dan il-gvern korrott! Issa sar aċċettabbli li l-Partit Nazzjonalista iħallat u jaqsam ma propjetarji ta’ lukandi li huma viċin sewwa tal-Gvern u qed igawdu mingħandu.

One thought on “Issa ma għadhiex problema għall-Partit Nazzjonalista li jorganizza attivitajiet għand lukandier li xeba’ jgawdi taħt il-gvern tal-Lejber

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *