Għaliex dan il-Gvern għadu jgawdi minn daqshekk appoġġ wara żewġ leġislaturi mimlija b’akkużi ta’ korruzzjoni?

Blog post minn osservatur politiku

Kif jista’ jkun li hawn Malta għandna Gvern li huwa akkużat b’korruzzjoni u miżmum responsabbli ta’ qtil ta’ ġurnalista, jibqa’ f’pożizzjoni li ma jista’ jerbaħlu ħadd? Meta tkompli iżżid li pajjiżna spiċċa fuq il-lista l-griża allura suppost li dan il-Gvern missu ilu li twarrab mill-poter. Għallinqas hekk jiġri f’pajjiżi demokratiċi. Imma aħna eċċezzjoni straordinarja bħala pajjiż.

Huwa diġa’ kważi ċert li fl-elezzjoni li ġejja ser ikun hemm rebħa oħra minn dan il-Gvern u se jieħu t-tielet rebħa tiegħu, meta suppost dan il-Gvern, u l-partit li jħaddan, ilhom li żarmaw snin sħaħ.

U fl-aħħar survey juri li mhux talli l-Partit Laburista ma żarmax imma talli jista’ jkollu maġġoranza ta’ 47,000 vot, mela saħansitra numru ta’ voti jew aħjar id-differenza bejn iż-żewġ partiti żiedet aktar mill-2017. Dawn huma aħbarijiet li għall-Partit Nazzjonalista huma tat-twerwir, meta nafu li qed jippruvaw jingħaqdu biex forsi inaqqsu d-distakk.

Biss bil-fors li hemm diversi raġunijiet għaliex il-Partit Laburista għadu għaddej b’din is-saħħa kollha. Fost kollox, u għalkemm f’pandemija, l-ekonomija xorta għadha għaddejja. In-numru ta’ nies ma jaħdmux huwa limitat u xorta għad hawn fejn tista’ taħdem. Barra minn hekk iż-żieda lill-pensjonanti u benefiċċji oħra bla dubju għenet sewwa lill-Partit fil-Gvern. Barra minn dan kollu, il-Gvern, grazzi għal Dr Fearne, ħadem tajjeb fuq il-problema tal-pandemija bi program eċċezzjonali tal-vaċċin li żamm il-virus taħt kontroll. Bil-fors trid issemmi l-għajnuna ġeneruża li ngħatat li żammet ħafna businesses miftuħin u ma fallewx.

Jidher ċar li l-poplu huwa ferħan bil-mod kif qed jaħdem il-Gvern li jipprova jitfa’ flus fi bwiet in-nies, anke jekk minħabba dawn il-flejjes qed inbatu minħabba xi korruzzjoni, l-abbandun tal-ambjent u it-tfixkil fir-reputazzjoni internazzjonali. Imma fuq kollox il-Partit fil-Gvern għadu fdat mill-partitarji tiegħu, li jagħtu fiduċja għamja fil-partit u fil-mexxej li hemm. Tiskanta wara dawk l-allegazzjonijiet kollha, l-partitarji Laburisti għadhom iħobbu lil ex-mexxej tagħhom Joseph Muscat.

Il-fatt li qegħdin fil-Gvern, il-Partit Laburista għaraf juża l-qawwa tal-poter b’għaqal kbir. Speċjalment meta kulħadd jaf li bħalissa anke l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem qed igergru minħabba x-xogħol mal-Gvern offrut lil diversi nies li jaħdmu mal-privat għalkemm jiswew bagatella lill-kaxxa ta’ Malta. Il-Partit fil-Gvern għandu favur tiegħu l-fatt li għalkemm seta’ żbalja f’xi affarijiet u kellu saħansitra jirrikorri għal elezzjoni bikrija fl-2017, jaf li ebda skandlu ma hu se jgħerrilu l-appoġġ li huwa għandu mill-maġġoranza tal-elettorat. Jaf ukoll li għandu oppożizzjoni maqsuma f’tifrik u meta jrid jista’ jkompli jagħtiha daqqiet mortali oħra li jpoġġi l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista f’sitwazzjoni impossibli li xi darba jsibu saqajhom biex ikunu alternattiva għall-Gvern tagħhom.

One comment

  1. Wahda mill – akbar ragunijiet ghala dan il-partit (laburista) ghadu jzomm il-popolarita tieghu ma l-elettorat huwa ghax il-partit tal-oppozizzjoni meta kien fil gvern kien mija fil mija korrott daqs u hafna iktar mill-partit Laburista. U allura ma ghandhomx kredenzjali mal poplu malti biex jikritkaw u jmaqdru.

    Dwar grey listing u l-hafna trkki trakki sparati mill Unjoni Ewropeja Id-differenza hija li l-MEP’S Laburisti QATT ma marru Barra jikkonfoffaw kontra pajjizhom ghax il-hwejjeg taghlimna nahsluhom go dahrna. m’ghandien bzonn immorru nibku mal big brother.

    Dahhluha darba ghal dejjem f’raskhom li l-poplu jghix b’rasu mistrieha jrid, u flus fil-but bizzejjed biex jghix komdu jrid u mhux swat , b’hafna taxxi fl-ewwel erba snin, imbaghad fl-ahhar sena tal-elezzjoni troxx xi ftit u minghalik jitnesa kollhox..

    Ukoll il-poplu stmerr bil kbir il glieda li l-PN ghamlu biex jiskreditaw il-gvern fl-ewropa kontra l-IIP , meta min dan l-investiment dahhalna bagatella sewwa ghal kaxxa ta Malta. Bl-ikbar tradiment jigi minn Metsola u Casa li tghidtx kemm rewhu intiena u irremettaw hdura kontra l-gvern taghha sempliciment ghax l-ekonomija iffjorixxiet iktar b’dan l-investiment.

    Rigward il-korruzzjoni , li jien ma naqbielx maghha xejn affattu , imma zvinturatament mill-holqien tal bniedem minn dejjem eziztiet, ghalhekk nghid li min jinqabad jikkorompi ghandu jhallas bl-gheruq u x-xniexel, hu u min ikun partecipi mieghu, imma QATT ma jista jehel kulhadd. Kristu kien qal li mighema , Min mhux midneb jitfa l-ewwel gebla. U HADD MA TEFAGHHA, DAWRU DENBHOM U MARRU LURA D-DAR.

Leave a Reply