Għaliex Bernard Grech ma ressaqx mozzjoni ta’ sfiduċja fl-iSpeaker Anglu Farrugia?
Meta t-Tnejn kienet għaddejja l-protesta kontra l-iSpeaker, fil-parlament saret diskussjoni kontra Anglu Farrugia. Din id-diskussjoni setgħet issir peress li s-sedja kienet mmexxija mid-deputat Speaker Claudette Buttigieg. L-ordnijiet permanenti tal-kamra jippermettu diskussjonijiet ta’ dan it-tip meta jinħass li jkun hemm materja ta’ urġenza nazzjonali. Frankament ma naħsibx li din kienet xi materja ta’ urġenza Nazzjonali, għaliex l-akkuża kontra l-ispeaker kienet ilha għaddejja imma għaliex il-Partit Nazzjonalista ried li dan id-dibattitu jseħħ fl-istess waqt tal-protesta ta’ Repubblika. Imma f’dan il-pajjż, l-uġenza hija skont l-interessi ta’ din l-għaqda.
Wara d-dibattitu fil-parlament, meta Bernard Grech kien ħiereġ mill-istess Parlament, qal hekk lill-ġurnalisti:
“Il-lejla ressaqna mozzjoni”.
Dawn kienu l-preċiżi kelmiet li fetaħ bihom il-kummenti tiegħu, meta ltaqa’ mal-ġurnalisti Dr Grech u kien mistoqsi:
“X’temmen li għandu jsir mill-iSpeaker Anglu Farrugia?”
Ta’ min jiġbed l-attenzjoni li meta Bernard Grech tkellem fil-parlament, hu qatt ma semma l-kelma mozzjoni. Fil-Parlament Dr Grech ressaq talba b’dan il-mod
“Sur President. Billi l-ordni permanenti 13 jipprovdi li membru fil-bidu tax-xogħol tal-kamra jista’ jitlob il-permess li jressaq l-aġġornament tal-kamra sabiex tiġi diskussa ħaġa definita ta’ importanza pubblika urġenti u wara huwa jsemmi l-ħaġa u jagħti lill-iSpeaker dikjarazzjoni miktuba dwar is-suġġett biex dan jiġi diskuss...”
Meta ressaq din it-talba Dr Grech qatt ma sejħilha mozzjoni u din tagħmel differenza kbira fil-proċeduri tal-parlament. Li kieku kienet mozzjoni ta’ sfiduċja, kien ikollu jgħajjat division, jiġifieri ried ikun hemm votazzjoni fuq il-mozzjoni. Imma peress li Dr Grech ma semma ebda mozzjoni ta’ sfiduċja, allura dak il-vot ma kienx hemm għalfejn jittieħed. Kien hemm xi raġuni valida għalfejn ma tressqetx mozzjoni ta’ sfiduċja kontra l-iSpeaker? Seta’ kien il-fatt li Dr. Grech ma riedx jgħaddi għall-vot għax forsi ma kellux id-deputati tiegħu kollha warajh? Forsi beża’ li din l-mozzjoni ta’ sfiduċja tkompli turi l-qasma fil-Partit Nazzjonalista?
Imma l-mostoqsija prinċipali tibqa’ din, għaliex waqt id-diskors tiegħu fil-parlament invoka standing order Nru. 13 u kif ħareġ mill-Parlament u mar ikellem lill-ġurnalisti mill-ewwel qal li kien ressaq mozzjoni? Għaliex żewġ narrattivi differenti? Waħda għall-parlament u oħra għall-barra mill-parlament? Xi prova jagħmel jisvijja lill-ġurnalisti u lill-dawk li kienu qed jisimgħuh? Ma nagħmlux mod li kieku ressaq mozzjoni beża’ li ma jkollux il-maġġoranza tad-deputati tiegħu warajh?
Waqt li kieku saret mozzjoni u ntalbet division, il-mozzjoni ma kienetx tgħaddi għaliex il-gvern għandu l-maġġoranza ta’ voti warajh, jidher li kien ser joħroġ il-fatt li l-anqas id-deputati tiegħu stess ma kienu kollha warajh!