Joseph Theuma u Christoph Schwaiger: fula maqsuma

Ili nsegwi lil ta’ Repubblika jitkellmu u issa ħaduha drawwa li jistiednu lil Christoph Schwaiger biex imexxi l-konferenzi tagħhom. Infakkar li Schwaiger kien ġurnalista li kien jaħdem mal-media ta’ Scicluna. Hu għandu anki l-logos fuq il-page tiegħu tal-British Council u anki mill-Anna Lindh Foundation. Din tal-aħħar hija in parti ffinanzjata mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ta’ Malta. La darba għandu dawn il-logos, wieħed jassumi li qed jew kien jieħu fondi mingħandhom.

Ma nafx għaliex iżda meta beda jitkellem is-Sibt li għadda, fil-konferenza online li fiha ħadu sehem Lawrence Gonzi, Manuel Delia u anki Kevin Cassar, Schwaiger reġa’ fakkarni fil-mod kif jikteb ċertu persuna li għandu fake profile bl-isem ta’ Joseph Theuma.

Din mhix l-ewwel darba li Schwaiger fakkarni fil-kitba ta’ Joseph Theuma. Il-mod kif Christoph Schwaiger jitkellem f’dawn il-konferenzi (għaliex tas-Sibt li għadda ma kienetx l-ewwel waħda li mexxa konferena ta’ Repubblika) dejjem fakkarni fil-kitba ta’ Joseph Theuma.

Issa One News tatna biċċa storja oħra. One News ikkummentat fuq il-kumment li għamel Christoph Schwaiger wara r-reżenja ta’ Roselyn Borg Knight. Schwaiger ħareġ jifraħ li Borg Knight ma għadhiex kandidata fil-Partit Nazzjonalista.

Schaiwger mhux biss ħa pjaċir b’din l-aħbar, imma bil-mod kif ikkummenta, ikkummenta preċiż bħal ma dejjem jikkummenta Joseph Theuma, b’dak is-sens ta’ ironija jew black humour, b’sentenzi qosra, maħsuba biex jirredikolaw lill-avversarju, kif jħobb jikteb Joseph Theuma!

Wieħed irid jiftakar li Borg Knight hija mitqiesha bħala waħda ta’ Adrian Delia fil-Partit Nazzjonalista u Joseph Theuma – bħall-omologu tiegħu Christopher Schaiwger – huma dead-set kontra Delia u dawk kollha li huma mitqiesha bħala ta’ Adrian Delia.

Mela issa mhux biss il-mod kif jitkellem Christoph Schwaiger ifakkrek f’Joseph Theuma imma anki l-mod kif jikteb Schwaiger huwa l-istess still bħal dak ta’ Joseph Theuma!

Ix-xebħ li jeżisti huma impressjonanti. Il-kostruzzjoni tas-sentenzi ta’ Joseph Theuma tixbaħ b’mod identiku ta’ Christoph Schwaiger. Verament fula maqsuma!

Leave a Reply

Your email address will not be published.