Ir-reżenja ta’ Roselyn Borg Knight minn Kandidata tal-Partit Nazzjonalista

Blog post minn osservatur politiku

The Independent on Sunday tatna aħbar xejn feliċi meta semmiet li l-kandidata validissima tal-Partit Nazzjonalista rtirat il-kandidatura tagħha wara tmien snin. Roselyn Borg Knight tellgħet post fuq il-wall tagħha ta’ Facebook fejn qalet

“As reported today, I withdrew my election candidacy. I am proud to have been a Partit Nazzjonalista candidate for the last 8 years. As I step forward on a new career path, I do so with humble gratitude to all of you who supported me, and I also thank all the well-wishers who are contacting me today in reaction to the news report. This has not been an easy decision. I thank every leader I worked with – Simon Busuttil, Adrian Delia and Bernard Grech. A big thank you goes to my family and friends – always there backing me in all decisions I make.”

Ma għandna ebda dubju li Borg Knight wasslet għal din id-deċizzjoni wara ħafna ħsieb. Żgur li ma kienetx deċizzjoni faċli għaliha għax Borg Knight kienet attiva ħafna fil-Partit Nazzjonalista. Ilha għal snin sħaħ tirrappreżenta lill-Partit bħala segretarju internazzjonali, xogħol li nisperaw u nittamaw se tkompli tagħmel għall-ġid tal-Partit Nazzjonalista.

Kemm hi kiefra s-sitwazzjoni. Mela Dr Borg Knight kienet l-unika waħda mill-uffiċjali li żammet postha minn żmien Dr Adrian Delia. L-oħrajn li kien hemm kollha tilfu posthom u tpoġġew uċuh ġodda. Dawk li tpoġġew ġodda wittew it-triq biex isiru kandidati tal-Partit Nazzjonalista. Għamlu hekk biex ikollhom iżjed ċans li juru kemm qed jiddedikaw ħin għall-Partit.

Dr Borg Knight ilha kandidata għal dawn l-aħħar tmien snin u din id-darba żgur li kien ser ikollha ħafna iktar ċans minn drabi oħra. Apparti li kienet maħbuba fl-10 distrett u kien hemm possibilita sabiħa li żżid fil-voti u tieħu postha fil-parlament. Infakkar li issa kellha ċans tajjeb ħafna li tkun membru tal-parlament minħabba l-peskaġġ li ser isir fl-elezzjoni li ġejja biex jiżdiedu n-numru ta’ deputati nisa fil-parlament.

Imma dan kollu xi jfisser għall-Partit Nazzjonalista? Żgur li tilef kandidata tant valida li taqdi d-dmirijiet ta’ segretarju internazzjonali. Tilef kandidat mara valida li kellha ċans tajjeb li ssib postha fil-parlament, mela tilfet Malta wkoll. Il-partit tilef kandidat mara oħra u ma jistax iħossu komdu meta hemm nuqqas ta’ kandidati nisa. Għalkemm Borg Knight semmiet impenji ta’ xogħol tagħha, żgur li ma kienux l-uniċi raġunijiet li waslitha biex tieħu din id-deċiżżjoni.

Nafuha bħala avukata mpenjata ħafna fix-xogħol legali tagħha u allura bil-fors tasal għall-konklużżjoni li hemm xi ħaġa li għandha x’taqsam mal-partit. Ħsieb li jiġi mill-ewwel huwa n-nuqqas ta’ medjazzjoni li wieħed jagħmel ma’ kandidata biex tipprova tikkonvinċi mod ieħor. Ma tantx jintbagħat messaġġ b’saħħtu meta ma jirnexxielekx iżżomm lis-segretarju internazzjonali tiegħek bħala kandidat. Nispera u nittama li ma saret ebda pressjoni fuq Dr Borg Knight minħabba li kienet viċin ħafna ta’ Adrian Delia fit-tliet snin li dam kap.

One comment

Leave a Reply