Bernard Grech joħloq tenzjoni għalxejn f’Għajnsielem

Is-Sibt, Bernard Grech tella’ post dwar is-siġra tal-Milied li ġiet armata ġewwa Għajnsielem. Sa hawn ma hemm xejn ħazin. Din is-sigra ilha ssir kemm ilu sindku Kevin Cauchi. Din hija sigra partikolari għaliex magħmula mill-flixken tal-ħġieġ.

Bernard Grech minflok għamel tag u qal prosit lil Kevin Cauchi u lill-Kunsill kollu tal-inizjattiva, iddeċida li jfaħħar biss lil Franco Ciangura li huwa canvasser ta’ l-istess Bernard Grech.

Dan ġab rabja kbira f’Għajnsielem li hija mitqiesha bħala fortizza Nazzjonalista ġewwa Għawdex.

Imbagħad wieħed għadu jemmen li hemm għaqda fil-PN! Bl-imġieba tiegħu, Bernard Grech qed ikompli jifred u mhux jgħaqqad lill-Partit Nazzjonalista. Hu fatt magħruf ġewwa Għawdex li l-familja ta’ Kevin Cauchi kienet wara Adrian Delia. Il-verita’ hija li dawk kollha li kienu ma’ Adrian Delia ma għadx għadhom post fil-Partit Nazzjonalista immexxi minn Bernard Grech u l-klikka tiegħu.

One comment

Leave a Reply