Qed idur video dwar laqgħa li organiżża Bernard Grech ġewwa l-Corinthia Ħal Balzan

Fl-24 ta’ Novembru, Bernard Grech organiżża attivita’ fil-Corinthia Ħal Balzan. Mhux ser nidħol fil-kwistjoni li issa l-flus mhux problema għal dawn it-tip ta’ laqgħat fil-Partit Nazzjonalista. L-aqwa li għandna l-maratoni biex ikollna l-flus ħa nonfqu f’receptions.

Mid-Dar Ċentrali ċemplu lill-mara ta’ persuna u wieġeb it-telefon ir-raġel. Dan għaddiehom passata żmien nobis. Qallhom li kien sejjer għal din il-laqgħa. Biss qabel aċċetta staqsihom jekk hux ser ikun hemm hemm xi buffett. Dak li wieġeb it-telefon min-naħa tad-Dar Ċentrali qallu li ser ikun hemm xi refreshments.

Meta ġie mistoqsi kemm kienux ser jattendu dak li wieġeb lit-telefon qallu li iwa. Qallu li kienu ser ikunu erbgħa jiġifieri hu u l-mara u l-partner tiegħu u l-partner tal-mara! Għalaq it-telefonata billi reġa’ fakkar lil dak li ċempel mid-Dar Ċentrali li huma ser ikunu erbgħa u talbu biex jgħid lil Corinthia li huwa u l-mara huma “gluten free“!

One thought on “Qed idur video dwar laqgħa li organiżża Bernard Grech ġewwa l-Corinthia Ħal Balzan

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *