Lawrence Gonzi joħroġ għan-nofs biex jiddefendi lil Matthew Caruana Galizia wara l-vroma li għamel

Lawerence Gonzi joħroġ għan-nofs biex jiddefendi lil Matthew Caruana Galizia f’post kemmxejn twil. Kien hemm min fil-Partit Nazzjonalista qal li Gonzi għamel xi ħaġa li Bernard Grech ma kienx kapaċi jagħmel waħdu. Meta joħroġ għan-nofs Dr Gonzi mill-ewwel jagħmel ħoss għax ma tantx naraw kummenti minn għandu. Biss f’dan il-każ, Bernard Grech għandu raġun. Għandu jibqa’ barra minn din il-kwistjoni.

Forsi Gonzi ried jfakkarna għall-perjodu meta kien ser ikun hemm l-elezzjoni tal-kap il-ġdid Nazzjonalista. Kien tfaċċa d-Dar Ċentrali biex jagħti s-sehem tiegħu f’kompliċita biex jitwarrab Dr Adrian Delia.

Issa f’post fuq Facebook, li verament rari rajna bħalu, Lawrence Gonzi ħareġ jikkritika lill-iSpeaker, Anglu Farrugia, għal mod kif mexa fil-kwestjoni ta’ Rosianne Cutajar, wara li l-Kummissarju tal-Istandards pubbliċi sab li kissret l-etika parlamentari.

Fil-post tiegħu Lawrence Gonzi qal li “Waqqajna għaż-żuffjet lill-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika u llum huwa ċar li dak id-diskors dwar “standards” ma kien xejn ħlief kliem fil-vojt bla ebda sustanza.

Lawrence Gonzi fil-kritika tiegħu għall-iSpeaker kompla jgħid li “Fejn qatt kienet li l-iSpeaker tal-Parlament Malti – li meta jitkellem jagħmel hekk f’isem il-Gvern u l-Oppożizzjoni – jwieġeb liċ-ċittadini li jilmentaw miegħu billi jipprova jagħlqilhom ħalqhom b’ittra ta’ avukat.

Huwa verament tal-mistħija li ex-kap ikollu joħroġ u jagħmel din it-tip ta’ kritika jew stqarrija. U minn mindu ittra ta’ avukat tagħlaq ħalq in-nies kif saħaq Gonzi fil-kumment tiegħu? Infakkar lil Gonzi li lili, il-familja Caruana Galizia ppruvat tagħlaqli ħalqi u permezz tal-avukat tagħhom talbu lil Rachel Montebello biex tqegħdin taħt contempt of court. Ara hemm hekk għal Gonzi, l-istituzzjonijiet kienu qed jaħdmu għax bilħaqq, jien mhux emigrant imma ċittadin ta’ dan il-pajjiż!

Din aktar ħsara milli ġid ser tagħmel lill-Partit Nazzjonalista. Dan ikompli jikkonferma li Gonzi, bla mistħija ta’ xejn hu f’għaqda ma’ Repubblika, Manuel Delia u l-familja Caruana Galizia fl-attakki tagħhom fuq l-istituzzjonijiet ta’ dan il-pajjiż.

One thought on “Lawrence Gonzi joħroġ għan-nofs biex jiddefendi lil Matthew Caruana Galizia wara l-vroma li għamel

Leave a Reply

Your email address will not be published.