Għaliex il-famużi email li juru l-korruzzjoni fl-Electrogas għandhom ma ġewx ippubblikati kollha?

Minn korrispondent politiku

Mela din il-ġimgħa skoprejna mill-qorti li fl-2017, Matthew Caruana Galizia telaq ix-xogħol li kien qed jagħmel fuq il-famużi Paradise Papers u ġie Malta biex jgħin lil ommu taħdem fuq il-leak massiċċ li rċeviet minn xi ħadd li kien jaħdem fl-Electrogas.

Għal Matthew Caruana Galizia dan il-leak tant kien kbir li saħansitra jallega li Daphne nqatlet minħabba dak li kienet se tikxef minn dan il-leak. Imma din il-ġimgħa smajna ukoll lil Matthew Caruana Galizia jgħid li bħalissa għaddejja diskussjoni pożittiva mal-Prim Ministru Robert Abela dwar is-saltna tad-dritt.

Qrajna ukoll li l-familja Caruana Galizia qed tiltaqa’ ma’ Konrad Mizzi biex jiftehmu amikevolment barra l-qorti sabiex Mizzi jwaqqa’ l-libeli li fetħu hu u ġurnalista tal-ONE kontra Daphne.

F’dan is-sit żvelajna ukoll li l-familja Caruana Galizia tinsab qrib li tilħaq ftehim ma Robert Abela dwar kumpens fil-miljuni wara li l-Inkjesta Pubblika kkonkludiet li l-iStat hu ħati tal-qtil ta’ Daphne.

Issa interessani ferm kif fl-intervista ma’ Jon Mallia, Matthew Caruana Galizia, sab il-ħin jattakka lil Adrian Delia u akkużah li minħabba fih, ommu ġiet iżolata u spiċċat inqatlet, iżda m’kien ma sab ħin itina ftit dettalji tal-korruzzjoni kbira li suppost tinstab fil-leak massiċċ li kien wasal għand is-Sinjura Caruana Galizia u li minħabba fih hu telaq mill-Ġermanja biex ġie Malta jassisti l-ommu.

Stramba hux kif waqt li tar-Republika u salt ġurnalisti oħra qed joħorġu għonqhom kuljum biex jiddefendu lill-familja Caruana Galizia, iżda huma li għandhom iċ-ċavetta tas-suppost korruzzjoni fil-kuntratt ta’ l-Electrogas, ma lisnux kelma.

Kieku kellu jieħu l-eżempju tal-Konsorzju tal-Ġurnalisti li miegħu kien jaħdem u li magħhom ħa Pulitzer prize, Matthew Caruana Galizia kien itella l-leak kollu li għandu f’idu mill-Electrogas ħalli kulħadd jara b’għajnejh u l-ġurnalisti kollha jirrapportaw fuqu. Iżda jidher li dan il-leak hu ferm iżjed utli maqful f’idejn Caruana Galizia milli ppubblikat. Wisq probabbli dan il-leak, ma hu leak xejn u dawn l-emails mhux veru ġejjin minn xi ħadd li kien jaħdem fl-Electrogas.

Din il-familja ma tistax tibqa’ tinqeda bis-sentimenti altruwisti tal-Maltin waqt li huma jinnegozjaw l-aqwa deal għalihom u għal futur tagħhom. Nemmen li dak li għandu Matthew Caruana Galizia għandu joħorġu mill-aktar fis. Jekk verament hemm il-korruzzjoni, il-poplu jkun jista’ jiftaħ għajnejh u ma jerġax jiżgarra meta joħroġ jivvota.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *