Qabel Dalli sar direttur, l-ambulanza kienet tmur il-ħabs darbtejn kuljum tiġbor ħabsin b’overdose

It-tifel tal-priġunier li missieru kien qed jagħmel strajk ta’ ġuħ u ma jieħux l-insulina kiteb messaġġ fuq il-Facebook page tal-Ministru Byron Camilleri. Fil-messaġġ tiegħu qal li missieru waqaf milli jkompli bl-istrike tal-ġuħ u reġa’ beda jieħu l-insulita wara li kkonvinċih li jagħmel hekk is-Sur Randolph Spiteri. Fil-messaġġ tiegħu kiteb hekk:

Jien nirringrazzja mhux lilkom li ma tajtux każ il-messaġġi li bagħtilkom jien imma lill-ħabs u lis-Sur Spiteri li beda jfiehem lill-missieri biex iwaqqaf il-hunger strike u rnexxielu jikkonvinċih biex ma jweġġggħax lilu nnifsu u lil dawk kollha li jaħdmu M.I. room, in-nurses u t-tobba.

Dan it-tifel tal-priġunier kompla jgħid lill-Ministru Byron li qatt ma kien basar minnu li mhux ser jirrispondi l-messaġġi tiegħu:

L-anqas bsarta minnkom Sur Byron, anqas tagħtu każ tal-messaġġi

Hu kompla jikteb li meta kien leħaq is-Sur Dalli, il-ħabs kien mifqugħ bid-droga, tant li l-ambulanza kienet tidħol il-ħabs darbtejn kuljum biex tieħu ħabsin l-isptar wara li jkunu ħadu overdose ta’ droga. Fuq kollox, persuni li kienu jabbużaw mid-droga kienu jagħmlu reati apposta, biex jinqabdu u jintbagħtu l-ħabs għaliex kienu jafu li fil-ħabs ser isibu d-droga żgur! Dan hu dak li kiteb fuq dan is-suġġett:

Taf x’misskom tgħidu li mn’Alla kien is-Sur Dalli li qata’ d-droga mill-ħabs għax il-ħabs qabel kulħadd mifqugħ bid-droga agħar minn barra; li tista’ timmaġina in-nies kienu jieħdu gost jidħlu l-ħabs għax ser isibu d-droga aktar minn barra; li tista timmaġina l-ambulanza kienet tidħol darbtejn kuljum tiġbor lill-priġunieri minn mal-art. U msieken taf min? Il-familja tagħhom!

Dan it-tifel ta’ priġunier għalaq il-messaġġ tiegħu lill-Ministru Byron Camilleri hekk:

Li ma kellhomx lis-Sur Dalli u lis-Sur Randolph Spiteri il-ħabs ismu mhux Kordin imma droga jkun.

One comment

Leave a Reply