Where your opinion counts

Għal darba oħra, Yorgen Fenech jingħata l-ħelsien mill-arrest

Illum, il-Maġistrat Nadine Lia tat lil Yorgen Fenech il-ħelsien mill-arrest fuq il-kawża kriminali li qed tinstema quddiemha dwar importazzjoni ta’ l-armi. Il-pulizija resqet lil Yorgen Fenech u akkużatu fuq importazzjoni ta’ armi minħabba email li kienet intbagħtet permezz tal-użu tad-dark web. Din l-email seta’ bagħatha kulħadd, speċjalment jekk persuna tkun daħlet (hacked) fis-sistema tal-emails ta’ Yorgen Fenech. Nafu li l-emails ta’ Yorgen Fenech kienu ġew hacked.

B’hekk dan kien it-tieni bail li ngħata Yorgen Fenech. L-ewwel wieħed kien fil-kawża li l-pulizija fetħet kontra l-istess Yorgen Fenech u xlitu li kien seraq il-kumpanija tiegħu stess!

B’hekk issa jonqos it-tielet talba għal bail. Din hija marbuta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

B’hekk kemm il-Maġistrata Nadine Lia u anki l-Magistrata Donatella Frendo Dimech ma emmnux it-teorija tal-pulizija li Yorgen Fenech jista’ jaħrab jekk jingħata l-bail.

Din it-teorija emmnitha biss il-Maġistrata Rachel Montebello. Anzi din żiedet tgħid li jekk tagħtih il-bail jista’ jkun hemm demostrazzjonijiet fit-toroq, b’riferenza ċara għall-l-azzjonijiet u l-protesti ta’ Repubblika. Dak li jrid jingħad li l-partner ta’ Rachel Montebello kien jieħu x-xogħol mingħand l-avukat Jason Azzopardi li kien wieħed mill-avukati flimkien mal-pulizija li oġġezzjonaw li Yorgen Fenech jingħata l-bail.  

Mela hemm żewġ maġistrati serji li ma emmnux l-verżjoni tal-pulizija u l-avukat ġenerali li Yorgen Fenech jista’ jaħrab jekk jingħata l-bail jew il-ħelsien mill-arrest. Fuq kollox, ma jemmnux li l-ġustizzja għandha tkun amministrata skont il-protesti tal-għaqda Repubblika.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *