Ritratt storiku ta’ Raħal Ġdid nhar il-festa ta’ Kristu Re: il-qawwa tal-Partit Nazzjonalista f’Ottubru tal-1932

Advertisements

Kummentarju mit-Tabib Dr. Hermann Farrugia

Bħal lum l-Amerikani tradizzjonalment jibdew jiċċelebraw ‘Jum ir-Ringrazzjament’ jew Thanksgiving Day’. Aħna l-Maltin u Għawdxin m’għandniex din l-użanza nobbli. Iżda bħal lum, il-Poplu Malti kollu għandu għal xiex juri gratitudini lil Mulej li sa’ minn dejjem nebbaħ fostna spirtu karitatevoli u solidali ma’ min ikun jidhrilna li l-aktar jinħtieg għajnuna komunitarja għax huwa/hija i/tkun j/tinsab fil-bżonn ta’ attenzjoni u appoġġ.

Waqt li llum nirringrazzjaw u nitolbu l-barka ta’ Alla għall-gradwati kollha (żgħażagħ u m’humiex) li sejrin jingħataw il-lawrija, diplomi u onorifiċenzi mill-Università’ ta’ Malta, m’għandniex ninsew minn fejn tlaqna u lill-patrimonju qalbieni li tul id-deċennji sawwarna bħala Nazzjon Malti sovran u ħieles minn kull irbit estranju għan-nisel indiġenu tagħna.

Ma nistgħux ma nroddux ħajr lill-Providenza tad-Dawl Divin li sawwar f’Missirijietna l-kilba patrijotta magħġuna fis-sens ta’ stat permezz tal-awtodeterminazzjoni.

Hawnhekk illum bir-raġun kollu jidher ritratt-rikordju tal-qawwa tal-Partit Nazzjonalista fi żmien ħlejju daqs kemm kien determinanti meta l-mibki Dr. Ġorġ Borg Olivier kien assuma r-riedni tad-dirigenza tal-Partit Nazzjonalista.

Mass Meeting kolossali tal-PN fil-pjazza illustri ta’ Casal Paula (Raħal il-Gdid) u f’liema lokalita’ il-partit kien dejjem f’pożizzjoni li jesprimi u jimmanifesta twemminu bla biża’ jew tlaqliq sa mit-twaqqif tiegħu.

Skont notamenti li kien għamel fuq wara ta’ dar-ritratt l-għażiż missieri Herman, dakinhar tal-manifestazzjoni politika kienet ħabtet mas-Solennita’ ta’ Kristu Ré u tabilħaqq mhix kumbinazzjoni li l-persuna li qiegħda tittella’ fuq l-ispallejn fuq ‘il quddiem tal-folla Nazzjonalista ma kien ħadd ħlief iż-żiju ta’ Ġorġ Borg Olivier, in-Nutar Salvatore (sive Salvu) Borg Olivier. (F’dan iż-żmien, il-festa ta’ Kristu Sultan kienet issir f’Ottubru u f’Raħal Ġdid ma kienx ikun hemm festi partikolari u kienu għadhom marbuta mal-knisja tal-qadima ta’ Santa Ubaldeska. Din kienet manifestazzjoni politika indipendenti mill-festa u l-Knisja).

Peress li kien ħalla dal-wied tad-dmugh qasir il-għomor, kien proprju neputih Ġorġ li wiret l-uffiċċju notarili tiegħu li minnu safa’ strumentali sabiex beda jikseb l-għarfien, il-fama u r-rispett kemm professjonali kif ukoll politiku sabiex seta’ aspira li ta’ età pjuttost żagħżugħa jiġi mħeġġeġ għat-tragward qalbieni bħala kap tal-Partit Nazzjonalista.

Nhar il-Ħadd li għadda filgħaxija, deċennji sħaħ u twal wara dal-avveniment storiku hawn imfakkar f’dar-ritratt ġlorjuż, kien imiss lill-kap attwali, Dr Bernard Grech li ħa sehem ma’ martu flimkien mal-Viċi-Kap u xi Deputati-kandidati parruċċani (ħasra li kull ma jmur qiegħda tonqos ir-rappreżentanza tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista) għall-manifestazzjoni f’ġieħ Kristu Sultan iċċelebrata kif jixraq fil-Parroċċa fl-istess Belt ta’ Raħal Ġdid.

U saħansitra illum l-Erbgha, 24 ta’ Novembru, xi ftit jiem qabel il-ftuħ tal-perijodu aspettativ Kristjan tal-Avvent’ 21, u forsi wkoll mhux b’kumbinazzjoni, nistennew u naraw aktar gieħ mistħoqq mogħti lill-fjamma Nazzjonalista permezz tan-nomina ta’ Dr Roberta Metsola née Tedesco Triccas sabiex isservi fl-iprem kariga ta’ responsabilità fil-Parlament Ewropew permezz ta’ rappreżentanza tagħha tal-Partit Popolari Ewropew(E.P.P.)

Illum nagħtu ħajr ‘l Alla għall-wegħda Nazzjonalista ‘indiġena’ ta’ unur permezz ta’ rispett għall-kontinwita’  f’dak li laħqu għaddewlna missirijietna.