Where your opinion counts

L-iSpeaker Anglu Farrugia jieqaf għall-arroganza ta’ Matthew Caruana Galizia

Matthew Caruana Galizia kiteb ittra lill-ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr. Anġlu Farrugia u talbu biex jirreżenja. Ir-raġunijiet li ġab Matthew Caruana Galizia għala għandu l-iSpeaker għandu jirreżenja kienu għaliex skont l-istess Matthew Caruana Galizia, Anġlu Farrugia qabeż għal Rosianne Cutajar u t-tieni minħabba li Anglu Farrugia kien “harassed” lill-ommu.

L-iSpeaker wieġbu permezz tal-Avukat tal-Kamra, il-Professur Ian Refalo. Il-Professur Refalo qal ċar lil Matthew Caruana Galizia li meta jikteb lill-iSpeaker, huwa għandu jimxi mall-proċedura jiġifieri jikteb lill-iskrivan tal-kamra u mhux lil l-ispeaker direttament. Dwar it-tieni akkuża, li l-ispeaker, meta kien fil-pulizija kien ta fastidju lill-ommu, l-iSpeaker ċaħada bid-dritt u bil-fatt. F’isem l-iSpeaker, il-Professur Refalo fakkar lil Matthew Caruana Galizia li din kienet l-allegazzjoni li kienet għamlet Daphne Caruana Galizia. L-iSpeaker kien fetaħ libell u dan il-libell kien rebħu.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia wera li ma jibżax mill-familja Caruana Galizia li qed ifittxu li jaħtfu l-istituzzjoni taħt idejhom. Mela skont Matthew Caruana Galizia l-iSpeaker għandu jirreżenja għax għamel xogħlu sew fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar.

Naħseb aħjar Matthew Caruana Galizia jara r-rigali li l-avukat tiegħu ħa mingħand Yorgen Fenech u t-Tumas Group jekk irid jibda jkun kredibbli! Verament l-anqas fadallu żejt f’wiċċu Matthew Caruana Galizia!

Qed nippubblika l-ittra li l-Professur Ian Refalo bagħat f’isem l-iSpeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia.

One thought on “L-iSpeaker Anglu Farrugia jieqaf għall-arroganza ta’ Matthew Caruana Galizia

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *