Il-Prim Ministru jrid jibqa’ jiġġieled biex iħassar il-kuntratt ta’ Steward Health Care

Minn korrispondent politiku

Jekk Steward Healthcare jkun mġegħla joħorġu mill-konċessjoni tal-isptarijiet il-Gvern se jagħmel minn kollox biex jevita li jħallas il-100 miljun euro. Dan qalu l-Prim Ministru meta ġie mistoqsi dwar il-kwistjoni tal-isptarijiet.

Nafu wkoll li l-Gvern u Steward għaddejjin b’negozjati fuq din il-konċessjoni għat-tmexxija ta’ tliet sptarijiet Maltin u Għawdxin. Bil-wiċċ vili kollu nafu li Steward qed jistaqsu għal kondizzjonijiet aħjar. U x’ikunu dawn il-kondizzjonijiet aħjar? Mingħajr ebda dubju, Steward qed jitolbu għal iktar finanzjarjament min-naħa tal-Gvern. Il-Prim Ministru kompla kixef idejh li hu ma kienx jaf fuq l-ftehim li sar dwar il-100 miljun euro.

Sar jaf bih meta kien diġa’ ffirmat. Mela iktar il-Prim Ministru għandu jiġġieled minn issa biex jitħassar kollox f’dan il-kuntratt maħmuġ u allegatament vvizzjat minn qabel. Bħala Prim Ministru tal-pajjiż, l-ewwel interess li jrid jiġġieled għalih huwa l-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Anke minn kliem Dr Abela qed jintefa’ dubju kemm Steward jistgħu jkunu l-kumpanija idejali li toffri lil pajjiż dak li kien mistenni minnha meta ħadet il-kuntratt mingħand Vitals.

Leave a Reply