Where your opinion counts

Jidher li jinsab fil-qrib li jintlaħaq ftehim bejn il-Familja Caruana Galizia u l-Gvern għall-kumpens ta’ miljuni ta’ Ewro

Dan l-aħħar kemm Robert Abela u anki l-familja Caruana Galizia qed juru kliem rikonċiljattiv. Rajna li Robert Abela aċċetta li jagħti sostenn għan-nomina ta’ Roberta Metsola bħala l-President tal-parlament Ewropew. Min-naħa l-oħra rajna wkoll kliem rikonċiljattiv min-naħa ta’ Matthew Caruana Galizia.

Dan qed ngħidu għax smajna lil Matthew Caruana Galizia jgħid lil Jon Mallia kemm hu kuntent bil-progress li għamlu mal-Prim Ministru Abela dwar is-Saltna tad-Dritt. Matthew Caruana Galizia qal ukoll li Joseph Muscat mhux korrott imma kien biss għatxan għall-poter. Dawn l-atti ta’ rikonċiljazzjoni kollha seħħew waqt li kienu għaddejjin in-negozjati bejn il-Gvern u l-Familja Caruana Galizia għall-kumpens finanzjaru minħabba l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Skont sorsi infurmati tajjeb, jidher li l-ftehim finanzjarju bejn il-familja Caruana Galizia u l-Gvern jinsab fil-qrib. Jidher li ż-żewġ naħat wasslu biex jaqblu fuq l-ammont ta’ kemm ser ikun kbir il-kumpens li l-familja Caruana Galizia trid tingħata.

Fuq kollox, waqt li għaddejjin dawn in-negozjati biex din il-familji tieħu l-miljuni, Matthew Caruana Galizia mar jagħti spallata lil Gvern ta’ Robert Abela billi tefa’ botta politika kontra Adrian Delia u kważi spiċċa jwaħħal fih għal mewt ta’ ommyu. Jidher ċar li dan Matthew m’għandux għaqal biżżejjed biex ixomm min hu sinċier u min m’huwiex. Mela lil Adrian Delia baqgħu jobgħoduh sal-lum u ma’ Robert Abela qed jinnegozjaw, bħalma qed jagħmlu ma’ Konrad Mizzi! Tiftakru meta Adrian Delia poġġa bukkett fjuri quddiem il-mafkar ta’ Daphne u wliedha u ħutha rmewh ‘l hemm? Tiftakru meta kien irid imur il-vġili imma kienu jgħidulu biex ma jmurx? Imma ma’ Robert Abela jinnegozjaw! Naħseb li din il-familja qed turi l-veru kuluri tagħha u dak li qed tagħmel mhux għall-ġustizzja imma biex huma, u dawk li tawhom dan is-support ikun jistgħu jitħallsu kemxa tajba.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *