Il-Prim Ministru Robert Abela jagħti l-appoġġ tiegħu għan-nomina ta’ Roberta Metsola

Il-Prim Ministru Robert Abela qed jagħti l-appoġġ tiegħu lil Roberta Metsola għan-nomina tagħha biex tkun eletta l-President li jmiss tal-Parlament Ewropew. Dr Abela qal li li huwa lest li jagħti l-appoġġ tiegħu għax jixtieq jara li Maltija tieħu l-ogħla pożizzjoni fil-Parlament Ewropew.

Biss imbagħad huwa kompla li jekk ma jagħtix dan l-appoġġ lil Roberta Metsola għan-nomina tagħha jkun qed jagħmel eżatt bħal ma għamlet hi meta ma appoġġjatx lil pajjiżha.

Wieħed jista’ jasal għall-konklużjoni li dan l-appoġġ qed jingħata għall-konvenjenza u mhux b’konvinzjoni. Forsi hawn wieħed jgħid li hemm bżonn li l-politiċi tal-lum jitgħallmu ftit mid-diplomazija li kienu jħaddnu kemm Eddie Fenech Adami kif ukoll Guido de Marco.

Biss wieħed irid iżid, li Robert Abela qed jgħid hekk anki biex jikkalma ftit lil-Laburisti li żgur hemm fosthom li ma ħadux gost b’dan il-ġest. Fuq kollox, b’din il-mossa Robert Abela laqa’ jew aħjar warrab iċ-ċans li Metsola issir il-kap tal-Partit Nazzjonalista fil-futur qarib. B’hekk jekk issir il-President tal-Parlament Ewropew, ma għandix ċans li tkun il-kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista wara l-elezzjoni li jmiss.

https://timesofmalta.com/articles/view/watch-pm-backs-roberta-metsolas-bid-for-ep-presidency.916774?fbclid=IwAR2cXMPua7-tIdy7CXKLbgf-NfhCVKt4jWA71Av_XfNw5mXXsLZsq60nwJo

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *