Il-ħaddiema tal-ħabs qed jagħtu support finanzjarju u morali liż-żewġ gwardjani mixlija bil-qtil involtarju ta’ Kim Borg Nicolas

Bħalissa il-gwardjani u l-ħaddiema tal-ħabs għaddejjin b’kampanja ta’ solidarjeta’ maż-żewġ gwardjani li bħalissa jinsabu sospiżi u b’hekk qegħdin b’nofs paga. Dawn iż-żewġ gwardjani qed jiġu mixlija bi qtil involontarju ta’ waħda mill-priġunieri Kim Borg Nicolas Virtu li huwa mifhum li ppruvat titgħallaq meta kienet il-ħabs. Din ttieħdet fl-isptar Mater Dei fejn mietet tliet ġimgħat wara.

Il-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin ħolqot fond ta’ solidarjeta’ biex ipattu għan-nuqqas fil-paga li qed isofru dawn iż-żewġ gwardjani. Din hija mossa ta’ solidarjeta’ qawwija fost il-ħaddiema kollha tal-ħabs. Dan il-ġest jikkonferma kemm dawn il-ħaddiema huma rispettati minn sħabhom u kemm l-akkuża ta’ reat fil-konfront tagħhom hija waħda nġusta.

L-ex-direttur tal-ħabs Alex Dalli kien irrikonoxxa li kienet idea tajba ħafna u laħħam dan il-ħsieb tan-nies ta’ taħtu lejn sħabhom. Dan il-font twaqqaf mill-ewwel kif ħareġ ir-rapport tal-inkjesta maġisterjali lura f’Settembru. Hemm madwar 400 impjegat tal-ħabs li qed jagħtu l-għajnuna tagħhom bil-kontribuzzjoni ta’ kull xahar lil dawn iż-żewġ gwardjani. Dan il-font twaqqaf fuq suġġeriment tal-General Workers’ Union li tagħha ż-żewġ gwardjani huma membri. Barra minn hekk l-istess union qed toffri is-servizzi ta’ avukat biex jgħin lil dawn it-tnejn min-nies. Dawn l-impjegati mpenjaw ruħhom li jagħtu l-għotja tagħhom b’pagament dirett mis-salarju tagħhom kull xahar.

X’jurik dan il-ġest nobbli tal-impjegati kollha tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin? Dawn l-impjegati qed jibgħatu sinjal ta’ appoġġ liż-żewġ gwardjani u qed jgħidulhom li huma għandhom l-appoġġ ta’ kulħadd li jaħdem f’din il-faċilita’. Qed jgħidulhom li jemmnu li huma għandhom fiduċja fix-xogħol li huma wettqu matul is-snin li ilhom jagħtu serviżż fil-faċilita’.

Mill-att politiku nistgħu ngħidu li ħadd miż-żewġ partiti prinċipali tal-pajjiż ma għamel ebda sinjal ta’ appoġġ għal dawn iż-żewġ gwardjani. Ma tantx tidher xi ħaġa sabiħa li kull persuna li jista’ jkollha ħsieb politiku partikulari ma ssibx ftit appoġġ mill-partit tagħha jew għallinqas xi dikjarazzjoni informattiva li turi li dawn iż-żewġ gwardjana ma ġewx minsija jew imwarrba fil-ġenb mill-partiti politiċi. Fuq kollox, dan il-ġest ikompli juri li fil-każ ta’ Kim Borg Nicolas kien hemm aġenda moħbija biex din l-istorja tintuża kontra l-ħabs! Nispera li issa ma jkun hemm ħadd li jgħid li dawn il-ħaddiema qed ikunu sfurzati biex jagħtu xi ħaġa mill-paga tagħhom għal dan il-fund.

Leave a Reply