Għaliex Shift News qed ifaħħru wieħed mis-servizzi offrut bejn Malta u Sqallija u mhux l-ieħor?

S’issa The Shift News dejjem żammew livel għoli ta’ ġurnalizmu b’investigazzjonijiet magħmulin b’reqqa u bilanċ, iżda dan l-aħħar qed ninnota li ċerta agenda ta’ negozjanti qed jirnexxielha tkun rappreżentata aħjar minn dik ta’ negozzjanti oħra f’dan il-ġurnal. Nispera li n-negozjonati mhux ser jirnexxilhom ideffsu denbhom anke f’din l-organizazzjoni żgħira imma effettiva. Jekk jiġri hekk tkun ħassra għaliex dan ikun ifisser li anke Shift ser jispiċċaw iservu l-interessi tal-big business bħalma ġralhom gazzetti oħra.

Każ partikolari hu dan ta’ Ponte, servizz ġdid bil-catamaran bejn Malta u Sqallija. Shift ilhom isegwu l-istorja u s’issa dejjem faħħru wieħed mill-kompetituri imma mhux l-ieħor. Li hi stramba li b’żewġ kumpanniji igawdi biss il-poplu għax jinżel il-prezz u jiġu iżjed Taljani f’Malta.

Allura għaliex ta’ Shift News qed idaħħlu d-dubju fuq Ponte imma mhux fuq il-Virtu’ Ferries? Minflok imisshom staqsew kif jista’ jkun li ilna nħallsu prezzijiet għolja meta jidher li dawn setgħu jkunu aktar baxxi għax tal-Ponte niżluhom sew.

Żgur li ta’ Shift m’humiex favur il-monopolju fis-suq! Barra minn hekk, is-servizz il-ġdid iwasslek sa Augusta, qrib Catania fejn iħobbu jmorru l-Maltin. Allura għalfejn ilna 20 sena nizbarkaw Pozzallo u jkollna nsuqu sagħtejn biex naslu Taormina?

Għalhekk il-kompetizzjoni sabiħa u jiżbaljaw The Shift jekk qed iċedu għal pressjoni ta’ big business li jinqeda bihom biex jattakka kompetitur.

Leave a Reply