Id-deputat Nazzjonalista li r-ribelli kienu akkużaw li hu korrott ma għandux flus fil-banek

Blog post minn osservatur politiku

Għadni niftakar qisu l-bieraħ meta grupp ta’ ribelli marru għand il-President ta’ Malta biex iwarrbu kollega tagħhom minn Kap tal-Partit Nazzjonalista. Nafu li marru għand il-President u xlew lill-kap tagħhom dak in-nhar fuq diċeriji ta’ korruzzjoni. Marru għand il-President jixlu lil Dr Adrian Delia li kellu konnessjonijiet ma’ nies li allegatament kienu mixlija b’taħwid u korruzzjoni finanzjarja.

Il-Malta Today għamlet elenku tad-deputati kollha li hemm fil-Parlament u anke dawk li spiċċaw f’din il-leġislatura biex urietna kemm jiddikjaraw li għandhom flus iddepożitati fil-banek. Tajjeb li ma ħalliet lil ħadd barra u niżliethom skond minn għandu l-iżjed. Meta tifli din il-lista ssib li wieħed minn dawn id-deputati Nazzjonalisti li għandu €800,000 fil-bank mar ukoll għand il-President biex ineħħi lill-Kap tiegħu fuq allegazzjoni ta’ korruzzjoni, imma mill-istess lista qed naraw li, lil min xlew bil-korruzzjoni, ma għandu ebda euro depożitat il-bank.

Mela jekk allegatament qala’ l-flus mill-korruzzjoni fejn qegħdin? Jagħmel sens li dawk id-deputati kollha li marru għand il-President jitfgħu dell ikrah fuq wieħed minnhom li ma għandu ebda euro depożitat fil-bank? Jekk din hija l-verita kollha għalfejn tefgħu dawn id-dellijiet fuq xi ħadd bla depożiti?

Bla ma trid ikollok tistaqsi għaliex l-ebda gazzetta jew portal qatt ma staqsa minn fejn ġejjien dawn l-ammonti kbar ta’ depożiti fil-banek? Kif ħadd ma jistaqsi biex jintwerew kif kull deputat wasal biex akkwista fil-kontijiet tiegħu dawk l-ammonti ta’ flus?

Fis-sistema Maltija ma għadhiex diffiċili biex tkun taf xi flejjes għandu kull wieħed u waħda mid-deputati fil-banek. Anke saret faċli li tkun taf fejn hu elenkat kull isem minn dawn id-deputati f’xi interess kummerċjali. Biss tibqa’ skantat kif intefa’ tant tajn biex jiġi mħammeġ persuna li ma għandu xejn x’juri li seta rċieva xi flejjes minn l-allegat korruzzjoni li tant ġie mixli bih.

Leave a Reply