It-tifel tal-priġunier li qiegħed fuq strajk tal-ġuħ u qed jirrifjuta l-insulina, kiteb lill-Prim Ministru

It-tifel tal-priġunier li bħalissa qiegħed fuq strajk tal-ġuħ u mhux qed jieħu l-insulina kiteb messaġġ fuq il-paġna tal-Facebook tal-Prim Ministru Robert Abela. Dan il-priġunier qed jagħmel din il-protesta għaliex irid lis-Sur Alex Dalli bħala direttur tal-ħabs. Fil-messaġġ tiegħu, it-tifel ta’ dan il-priġunier qal hekk lill-Prim Ministru Abela:

“Sur Robert Abela qed nibgħat lilek għax Byron Camilleri injorani. Bagħtlu ż-żewġ messaġġi u l-anqas weġibni. Jien għandi missieri il-ħabs u missieri qed jagħmel hunger strike minħabba għax issuspenda ruħu Alexander Dalli u waqqaf l-insulina u missieri diabetic u qabel jidħol lura is-Sur Alexander Dalli mhux ħa jwaqqaf il-hunger strike. Lil min nista’ nżomm responsabbli għal dan kollu? Żgur li mhux il-ħabs għax il-ħabs jagħmlu mill-aħjar mal-priġunieri.”

Leave a Reply