Karl Azzopardi tal-Malta Today ma għadux jgħid li l-Porporina huwa vittma ta’ Alex Dalli: issa sar l-arkużin tiegħu

Jumejn ilu, il-Malta Today tellgħet artiklu minn Karl Azzopardi li fih ġie attakkat Leli l-Bully, Alfred Bugeja magħruf bħala l-Porporina u anki Pierre Cremona magħruf bħala ċ-Ċigar. Skont Karl Azzopardi dawn huma ‘hardened criminals’. Dawn ġew imsejħin hekk għaliex skont dan il-ġurnalist kienu qed imexxu l-petizzjoni fost il-priġunieri favur Alex Dalli biex jiġi lura. Issa skont dan il-ġurnal, ħafna priġunieri rrifjutaw li jiffirmaw din il-petizzjoni. Illum nafu li din l-anqas hija minnha. Fuq kollox dan li kiteb Azzopardi jikkontradixxi t-teorema ta’ Peppi Azzopardi u Manuel Delia li l-priġunieri qed ikunu mġegħla jiffirmaw din il-petizzjoni għaliex mbeżżgħin.

Imbagħad dan il-ġurnalist kompla jikkontradixxi lilu nnifsu billi qal li kien hemm priġunieri li beżgħu u ffirmaw. Mela fl-istess artiklu għandna l-aħbar li ħafna ma riedux jiffirmaw u ħafna ffirmaw għax twerwru! Il-verita’ hija li kulħadd kien fil-liberta’.

Imma dak li hu l-aktar importanti f’dan l-artiklu ta’ Azzopardi huwa l-fatt ta’ kif inbidlet id-diskrizzjoni ta’ dawn il-priġunieri. Mela f’daqqa waħda dawn t-tliet priġunieri, iċ-Ċigar, il-Porporina u Leli l-Bully ma għandhomx il-vittmi ta’ Alex Dalli, kif kienu deskritti fil-passat, imma saru l-arkużini tiegħu, jiġifieri l-aġenti li qegħdin jagħtu sapport lil Dalli u jitterrorizzaw lill-pruġunieri l-oħra.

Nixtieq infakkar lil Karl Azzopardi li ftit taż-żmien ilu, huwa kien kiteb artiklu fil-Malta Today kontra Alex Dalli u t-tmexxija tiegħu. Dejjem skont dan il-ġurnalist tal-Malta Today, Alfred Bugeja, magħruf bħala l-Porporina, kien il-vittma ta’ Alex Dalli fil-ħabs. Dak in-nhar, il-Porporina kien sar l-epitomju ta’ dan id-disastru fil-ħabs u s-simbolu ta’ kemm il-priġunieri kienu qed ikunu ttrattati ħażin minn Dalli.

Infatti, skont Karl Azzopardi, minħabba ttrattament tal-Porporina, Alex Dalli kellu jitneħħa mit-tmexxija diżastruża fil-ħabs. Dejjem skont Karl Azzopardi, Alex Dalli kien għamel siġġu tat-tortura u fuq dan is-siġġu rabat lill-Porporina. Manuel Delia għamel referenza għal dan il-każ meta kiteb hekk:

Apparently, the signatories include a prisoner who had earlier complained of torture when he was tied to a disciplinary chair that is banned under prison rules, the existence of which was at first denied by the government and then acknowledged when photos of it emerged.

Mela issa, għax inbiddlet l-aġenda, inbidel il-mod kif jiġi deskritt Alfred Bugeja. Il-Porporina ma għadux vittma imma sar l-“perpetrator” jew l-arkużin għaliex hu “hardened criminal“. Il-Malta Today tikteb il-fatti dwar il-ħabs skont l-aġenda tal-ġurnata tagħha.

Kif qalli ex-priġunier, li kien mal-Porporina l-ħabs, meta s-Sur Bugeja sar jaf x’kiteb fuqu Karl Azzopardi tant irrabbja li saħansitra insista li ried ikellem lis-Sur Karl Azzopardi bit-telefon. Ċempel lill-istess Azzopardi u tah ħasla u għajru giddieb. Tant kemm kien irrabbja l-Porporina li, skont dan l-ex-priġunier, fid-dagħdigħa li kellu qal lil Karl Azzopardi “fuq għoxx martek rabatni d-direttur“!

Issa tafu min huwa konsistenti u min le. Skont Manuel Delia, il-Faxxisti kellhom tendenza li ma jkunx konsistenti fl-argumenti tagħhom. Issa tafu min hu Faxxist u min mhux, għax tafu min hu konsistenti u min jibdel l-argument skont l-aġenda li jkollu.

Fuq kollox, il-Faxxisti kienu jgħidu li petizzjonijiet imressqa, kif implika Karl Azzopardi, ma għandhomx ikunu milqugħa mill-awtoritajiet.

2 thoughts on “Karl Azzopardi tal-Malta Today ma għadux jgħid li l-Porporina huwa vittma ta’ Alex Dalli: issa sar l-arkużin tiegħu

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *