It-tifel tal-priġunier li missieru waqaf jieħu l-insulina jikteb messaġġ imqanqal lill-Ministru Byron Camilleri

Il-bieraħ kien it-tieni jum li fih wieħed mill-priġunieri ma ħax l-insulina bħala protesta. Dan mhux qed jieħu l-insulina bi protesta talli l-Ministru Byron Camilleri aċċetta l-awto-sospensjoni tal-kurunell Alex Dalli. Dan hu wieħed mill-priġunieri li jridu lil Dalli lura.

Minħabba dan il-fatt, il-bieraħ bil-lejl, dan il-priġunier traqqad fl-infermerija tal-ħabs minħabba li l-għaqda fiżika tiegħu ħżienet. Nistaqsi lill-Ministru Camilleri jekk hux lest li jieħu r-risponsabilita’ jekk jiġrilu xi ħaġa dan il-ħabsi?

Dan wassal biex it-tifel ta’ dan il-priġunier kiteb messaġġ imqanqal lill-ministru fuq il-Facebook Page tal-istess ministru. Fil-messaġġ tiegħu it-tifel tal-priġunier kiteb hekk:

“Missieri qiegħed il-ħabs u l-anqas insulina m’hu qed jieħu. Igħidli int Sur Byron Camilleri jekk jiġrilu xi ħaġa lil min irid inkellem jien? Min hu risponsabbli għal dan kollu? Għidli jekk allaħares qatt missieri jiġrilu xi ħaġa, jien lil min irid inkellem għax dawn mhux affarijiet Sur Byron! Jien nista’ ngħidlek missieri qabel ma jidħol is-Sur Alexander Dalli, missieri mhux ser jiġi f’postu. Missieri ġa għandu ż-żokkor. Ħażin ħafna niżillu ż-żokkor ukoll. Naħseb aħjar tgħaġġlu naqra l-proċess fuq din l-inkjesta qabel ma jkun tard wisq. Importanti li dan il-messaġġ li qed nibgħatlek ma tinjorahx. Grazzi.

Sal-bieraħ fil-għaxija, il-ministru kienu għadu ma wieġbux.

One comment

Leave a Reply