Waqt li Scicluna staqsa lil Adrian Delia dwar il-flus għad-Dar tal-Providenza, dwar 200K li ħa fuq il-propjeta’ ta’ Għawdex ma staqsiex!

Kumment li deher taħt wieħed mill-artikli dwar l-arċisqof Charles Scicluna

Fix-xhieda tiegħu fil-qorti t’Għawdex, l-Arcisqof Scicluna qal li ma jimpurtahx imnejn ġew il-200,000 euro biex jaħtar lir-rettur Dr Patrick Valentino sabiex jitħallsu l-opri piji li għalihom ġiet imwaqqfa l-Fondazzjoni Delli Navarra. Din kienet xhieda li wriet sfortunatament, kemm l-arcisqof Charles Scicluna huwa egoist u jiġi jitnejjek mill-proxxmu tiegħu. Hu stess ammetta li l-aqwa li daħħal il-200,000 euro u ma kienx jimpurtah imnejn ġew. (Ara fuq iċ-ċekk ta’ nofs miljun li kien għadda Dr Adrian Delia lid-Dar tal-Providenza ried jara kif u mnejn ġie). Ġie jitmejjel ukoll minn dawk in-nies milquta mid-deċiżjoni tiegħu u ħalla lir-rettur iħarbat il-beni tal-Fondazzjoni u jgħaddihom lill-familjari u ħbieb tiegħu. Dan mhux dehen tar-ragħaj spiritwali tal-merħla Kattolika Maltija. Ir-ragħaj għandu jaħseb għal ġid tal-merħla kollha u mhux jaħseb għalih innifsu u għal xi erba’ bażużli.

In-nies għandha tqum u ssemma’ leħinha meta tara tant intriċċi min-nies li suppost jafu aħjar. Din mhix tajba jew….. It-tifla tal-maġistrat Dennis Montebello, il-maġistrat Rachel Montebello hija ukoll shareholder fil-kumpanija ta’ missierha Dennis li qegħdin fil-kumpanija Carravan Co Ltd li ngħataw parti minn dawn l-artijiet miljunarji mir-Rettur Dr Patrick Valentino li huwa l-partner tal-istess maġistrata. Nistaqsi lill-eċċellenza arcisqof…. Dawn l-affarijiet taf bihom jew le? Inti taċċetta li jsiru dawn l-affarijiet, eċċellenza? L-awtoritajiet li jaraw li l-avukatura u l-maġistratura timxi b’korretteza fejn huma? X’affarijiet huma li maġistrati u avukati jkunu flimkien f’kumpaniji? Din x’ġustizzja hi? Allura ma nagħtux tort lin-nies li jitilfu kull fiduċja fil-Knisja u fl-istituzzjonijiet.

Shame on you eċċellenza

One comment

Leave a Reply