Petizzjoni b’290 firma tal-ħabsin ser tingħata lill-President tar-Repubblika: 93% tal-ħaddiema iffirmaw petizzjoni oħra favur Dalli.
Illum f’nofs in-nhar ġew fi tmiemhom il-ġbir tal-firem taż-żewġ petizzjonijiet li saru fil-ħabs biex Alex Dalli jerġa’ jitpoġġa bħala d-direttur tal-ħabs. Waħda saret mill-ħabsin u l-oħra mill-gwardjani u l-ħaddiema tal-ħabs.
Illum stess wara nofs in-nhar, il-ħabsin talbu u kellhom laqgħa għaċ-chairperson tal-monitoring board tal-ħabs. Matul din il-laqgħa, huwa għaddewlha l-petizzjoni tagħhom. Fiha 290 firma. Il-priġunieri talbu biex din il-petizzjoni tiġi mogħtija lill-President tar-Repubblika u lill-Ministru tal-Intern rispettivament.
Fil-istess ġurnata tal-lum ġiet preżentata petizzjoni oħra din id-darba mill-istaff tal-faċilitajiet korrettivi lill-Kurunell Dalli biex dan jiġi lura. Kopja ta’ din il-petizzjoni ġiet ippreżentata lill-Ministru tal-Intern.
Din il-petizzjoni ġiet iffirmata mill-93.75 fil-mija tal-ħaddiema tal-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi. Fi kliem ieħor, din il-petizzjoni ġiet iffirmata minn 390 ħaddiem mill-416 li hemm jaħdmu ma’ din l-aġenzija.
In-numru kbir ta’ persuni li ffirmaw dawn iż-żewġ petizzjoni juri kemm hu falż min qed jgħid li l-gwardjani u l-priġunieri ġew mhedda jekk ma kienux ser jagħtu s-support tagħhom biex Dalli jiġi lura.
Il Prim ministru qatt ma missu acceta ir resenja ta sur Dalli.