Jinfetaħ it-tieni libell kontra l-gazzetta Illum
Il-bieraħ, il-gazzetta Illum ippubblikat artiklu fejn intqal li l-Kurunell Alex Dalli kien allegatament tfaħar ma’ ministru ewlieni tal-gvern u uffiċjali tal-ħabs li hu daħħal revolver f’ħalq priġunier. Minħabba din l-allegazzjoni, li hija serja ħafna, il-Kurunell Dalli fetaħ libell ieħor.
Din l-istorja kienet ippubblikata wkoll fil-gazzetta Malta Today. Dak li hu stramb f’din l-istorja, li Illum tatna din l-aħbar, semmiet ministru tal-Gvern u ma tatniex l-isem tiegħu.
Jekk din l-istorja hija minnha, il-gazzetta kellha tagħti l-isem tal-ministru! Dawn jitkellmu tant dwar riżenji. Immaġina ministru tal-gvern jisma lill-Kurunell u Direttur tal-ħabs jgħid li jdaħħal revolver f’ħalq il-priġunier u ma jieħux passi kontra tiegħu. Dan jispiċċa kompli ma’ dan ir-reat. Jekk din l-istorja hija minnha, l-ewwel ma għandu jirreżenja l-ministru li allegatament sema’ din l-istorja minn ħalq il-kurunell innifsu u ma ħax passi fuqha!
B’hekk wieħed jistenna li waqt is-smiegħ ta’ din il-kawża nkunu nafu min hu l-ministru li saret referenza għalih mill-gazzetta Illum. Fuq kollox, hu importanti li jingħad minn huma l-uffiċjali li ftaħar magħhom u anki minn kien dak il-priġunier, li skont Illum iddaħħal revolver f’ħalqu.