Aktar minn 288 ħabsi u 330 gwardjan u professjonist iffirmaw l-petizzjonijiet biex Alex Dalli jerġa’ jsir id-direttur tal-ħabs

Bħalissa għaddejjin żewġ petizzjonijiet fil-ħabs. Waħda mill-priġunieri u oħra mill-gwardjani.

Il-bieraħ, Manuel Delia tella’ blog fejn akkuża lill-gwardjani li qed iġegħlu lill-priġunieri jiffirmaw petizzjoni. Dan l-anqas jaf il-fatti. Aħseb u ara hemm hu kapaċi jikteb dwar dak li verament għaddej fil-ħabs.

Bħalissa għaddejjin żewġ petizzjonijiet. Waħda hija miġbura mill-priġunieri u l-oħra mill-membri tal-istaff. Skont Delia l-istaff qed iġiegħel lill-priġunieri jiffirmaw din il-petizzjoni għax jibżgħu minn Alex Dalli. Dan l-anqas ma hu minnu.

Dejjem skont Manuel Delia, dawk li qed jiffirmaw din il-petizzjoni qed jagħmlu hekk għaliex qed jibżgħu li Alex Dalli jista’ jerġa’ jitqiegħed f’postu. Għalhekk, dejjem skont Manuel Delia, dawn il-wardens u priġunieri qed jiffirmaw din il-petizzjoni bi prevenzjoni ħalli fil-każ li Alex Dalli jiġi lura, huwa jibqgħu fil-kotba t-tajbin ta’ Alex Dalli. Dejjem skont Manuel Delia, dan hu prova tal-istat tal-biża’ li daħħal fil-ħabs Alex Dalli.

Imbierek Alla, skont dan l-ex-konsulent ta’ Austin Gatt, hemm verament terrur fil-ħabs biex il-priġunieri Maltin kollha kważi ffirmaw din il-petizzjoni. Sal-bieraħ fil-għaxija, kien hemm ‘il fuq minn 288 priġunier li ffirmaw din il-petizzjoni.

Magħhom hemm ukoll numru kbir tal-gwardjani u l-professjonisti ffirmaw il-petizzjoni separata tagħhom. Sal-bieraħ, kien hemm aktar minn 330 professjonist li ffirmaw din il-petizzjoni.

Jiġifieri skont Manuel Delia u dawk li qed jirraġunaw bħalu, in-nurses, it-tobba, is-psychologists, il-gwardjani korrettivi etc huma kollha itterroriżżati minn Alex Dalli bħal ma huma l-priġunieri?

Il-verita’ hija li qatt fl-istorja tal-ħabs ma saret petizzjoni sabiex direttur, li awto-issuspenda ruħu jerġa’ jiġi mqiegħed fil-kariga tiegħu. U fuq kollox, qatt ma kien hemm petizzjonijiet fl-istorja tal-ħabs iffirmati minn daqshekk persuni!

Dan jikkonferma n-narrattiva ta’ tfiħ ta’ tajn orkestrata minn Manuel Delia u sħabu l-ġurnalisti kontra Alex Dalli.

One comment

Leave a Reply