Falla l-pjan biex tkun sfrattata l-protesta kontra l-arċisqof Scicluna f’Għawdex:

Advertisements

Il-Ġimgħa kien hemm protesta kontra l-arċisqof Scicluna. Għall-ewwel darba fl-istorja tal-knisja f’Malta, l-arċisqof sab ġgajta ta’ nies tipprotesta kontra tiegħu, daqs li kieku hu kien xi politiku. U din il-ġgajta ta’ nies ma sabhiex f’Malta imma f’Għawdex, l-art li fis-sittinijiet kienet mitqiesa bħala r-rokka forte tal-knisja Kattolika.

L-anqas l-arċisqof Gonzi qatt ma sab jew ġie f’din is-sitwazzjoni fis-sittinijiet. Anki l-istess knisja u arċisqof inħasdu b’dak li ġara. Tant li meta ġie infurmat li ser issir protesta kontra tiegħu, in-nies tiegħu ppruvaw joqtluha billi ċemplu Għawdex biex jaraw kif din il-protesta tista’ titwaqqaf. Imma il-pjan jew it-tentattiv falla.

Dawk in-nies ma kinux qed jipprotestaw kontra l-permessi. Imma kienu qed jipprotestaw għaliex bid-deċiżjoni li ħa favur grupp ta’ nies, fosthom, missier il-maġistrata Rachel Montebello, u l-partner tagħha, numru ta’ familji ser jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom. L-arċisqof ċeda d-dritt tiegħu li jappunta l-abbati jew jibqa’ hu l-abbati bir-riżultat li l-partner ta’ Rachel Montebello seta’ jiddisponi minn artijiet li darba kienu amministrati mill-knisja u li jiswew miljuni ta’ ewro.

Finalment kif qal l-arċisqof stess, il-knisja kellha biss l-amministrazzjoni ta’ din l-art. B’hekk ma kellhiex obbligu skont il-konkordat li kien sar li tittrasferixxi din l-art għand il-gvern, għaliex il-konkordat kien ċar. L-art li kienet tal-knisja, jiġifieri li l-knisja kienet propjeta tagħha u li ma kinitx ser tintuża għall-skop pastorali kellha tiġi trasferita’ għand il-gvern.

Din ma kienetx tagħha, mela l-arċisqof seta’ żammha u baqa’ hu l-amministratur tagħha! Biss l-arċisqof ħa 200,000 euro biex ċeda l-amministrazzjoni ta’ din l-art għall-ispekulaturi tal-artijiet li huma qrib ġudikanti u l-mażunerija Maltija.

Fuq kollox, hemm relazzjoni bejn din l-istorja u l-fatt ta’ dawk il-qassisin li kienu ttellgħu bħala pedofeli u l-media kollha kienet kuljum tagħtina l-istorja dwarhom? L-avukat tagħhom kien Patrick Valentino, l-istess avukat li spiċċa “l-abbati” ta’ din il-propjeta kollha li darba kienet amministrata mill-knisja Maltija.

Dak li jiddispjaċik dwar din l-istorja huwa li ma seħħitx fid-djoċesi ta’ Malta, imma fi djoċesi oħra, dik ta’ Għawdex li mhix immexxija minn l-arċisqof Scicluna, imma minn isqof ieħor. Biss għax Scicluna hu isqof metropolitan, seta’ jieħu deċiżjoni bħal din mingħajr l-anqas biss jinvolvi lill-isqof ta’ Għawdex.

Dak li jiġri meta djoċesi tispiċċa mmexxija minn arċisqof li aktar moħħu biex jagħmel deals maħmuġa mal-kuntratturi u l-ispekulaturi tal-artijiet milli jieħu ħsieb il-vera pastorali tal-merħla tiegħu u mbagħad għaliex qassis iqies l-abort bħala opra tax-xitan, minflok jaqbeż għalih kif kien dmiru, ramieh!