Il-Protesta kontra l-Arcisqof Charles Scicluna mhix l-ewwel u l-aħħar waħda

Minn qarrej ta’ dan il-blog

Kien ilu snin twal ma jkun hemm protesta pubblika kontra l-arċisqof. Naħseb l-aħħar waħda kienet kontra Ġużeppi Mercieca f’Raħal Ġdid. Aktar milli protesta, din kienet manifestazzjoni organiżżata kontra tiegħu fejn spiċċa kellu jingħalaq fil-knisja tal-Lourdes f’Raħal Ġdid.  Dak li ġara l-Ġimgħa hu xi ħaġa differenti. Dan ma kienx attakk minn thugs fuq l-arċisqof. B’hekk il-protesta tal-Ġimgħa għandha sinifikat qawwi fejn parti mill-poplu beda jsemma’ leħnu u jipprotesta kontra t-tmexxija u d-deċiżjonijiet ta’ Scicluna u juri d-disapprovazzjoni tiegħu lejn dan l-arċisqof.

Il-verita’ hija li Scicluna qiegħed issa jibda jaħsad dak li żera’. Scicluna jħossu komdu man-nies ta’ Repubblika fejn anke l-kanċilliera tat-tribunal tiegħu spiċċat il-kelb tal-but tiegħu. Aħjar ngħidu viċi-versa.  Dee Crespo, Brenden Gatt, Monsinjur Bajada etċ kollha dixxipli ta’ Daphne li kienet xebgħet tgħajjar lill-Kattoliċi Maltin u tmaqdar lil tal-Mużew li għamlu tant ġid (u għadhom jagħmlu) mat-tfal tal-poplu. 

Il-lealta’ ta’ Scicluna mhux lejn il-Knisja imma lejn Manuel Delia, persuna li pubblikament iddikjara li ma jemminx. Saħansitra darba lil Scicluna niżżlu bħala baħri fuq ‘crew list’ ta’ bastiment Lifeline li l-kaptan tiegħu kien investigat mill-qorti.  Scicluna aċċetta li Manuel Delia jippreżentalu ktieb bl-artikli tiegħu li ġie editjat mill-kanċilliera tat-tribunal tiegħu. F’dan il-ktieb hemm attakki fuq diversi nies, inkluż fuq qassis Kattoliku. Robert Aquilina ukoll huwa qrib ħafna tal-kurja u mhux l-ewwel darba ntużaw is-servizzi tiegħu.

Imbagħad xi ngħidu għal media tal-Knisja? Taħt Scicluna saret il-porta vuċi ta’ Jason Azzopardi u dak kollu marbut man-nies ta’ Daphne. Ġieli saru rapporti ta’ tentufa, fuq sempliċi messaġġ fuq Facebook mis-supporters ta’ Daphne, imbagħad dikjarazzjonijiet importanti tal-Papa ftit isibu posthom fuq il-media tal-Knisja. 

Darba anki Scicluna nnifsu ma kienx ġie rappurtat minn Newsbook waqt li kien qed imexxi l-pellegrinaġġ tal-Kunċizzjoni f’Raħal Ġdid. Kien hemm knisja mballata nies. Mass meeting reliġjuż. Newsbook kien ta coverage b’mod dirett l-attivita’ ta’ Repubblika li kellha tużżana nies! Min-naħa l-oħra l-attivita’ ta’ Scicluna ġiet mogħtija coverage minn Dun Ġwann Farrugia fuq il-media tiegħu u mill-website tal-Kurja – imma mhux Newsbook. Newsbook ippubblika l-aħbar l-għada.

Diversi membri tal-kleru tkellmu fil-magħluq u anke pubblikament kontra t-tmexxija tal-media tal-Kurja Maltija.

Scicluna prova jiġbed warajh il-fidili billi ta titli lil numru ta’ parroċċi imma mbagħad spiċċa ħoloq firda fost il-poplu fejn aġevola lil Birdlife – anke mar bit-tromba l-Għadira – u ma ddejjaqx inaffar lin-nassaba u l-kaċċaturi.

Tal-Ġimgħa ma tidhirx li se tkun l-ewwel u l-aħħar ċanfira popolari kontra Scicluna.

2 thoughts on “Il-Protesta kontra l-Arcisqof Charles Scicluna mhix l-ewwel u l-aħħar waħda

  1. Fix-xhieda tieghu fil-qorti t’Ghawdex, l-Arcisqof Scicluna qal li ma jimpurtahx imnejn gew il-200,000 euro biex jahtar lir-rettur Dr Patrick Valentino sabiex jithallsu l-opri piji li ghalihom giet imwaqqfa l-Fondazzjoni Delli Navarra. Din kienet xhieda li wriet sfortunatament, kemm l-arcisqof Charles Scicluna huwa egoist u jigi jitnejjek mill-proxxmu tieghu. Hu stess ammetta li l-aqwa li dahhal il-200,000 euro u ma kienx jimpurtah imnejn gew. (Ara fuq ic-cekk ta’ nofs miljun li kien ghadda Dr Adrian Delia lid-Dar tal-Providenza ried jara kif u mnejn gie). Gie jitmejjel ukoll minn dawk in-nies milquta mid-decizjoni tieghu u halla lir-rettur iharbat il-beni tal-Fondazzjoni u jghaddihom lil familjari u hbieb tieghu. Dan mhux denn tar-raghaj spiritwali tal-merhla kattolika Maltija. Ir-raghaj ghandu jahseb ghal gid tal-merhla kollha u mhux jahseb ghalih innifsu u ghal xi erba bazuzli. Shame on you eccelenza.

  2. In-nies ghandha tqum u issemmgha lehina meta tara tant intricci min nies li suppost jafu ahjar. Din mhix tajba jew…..it-tifla tal-magistrat Dennis Montebello, il-magistrat Rachel Montebello hija ukoll shareholder fil-kumpanija ta’ missierha Dennis li qeghdin fil-kumpanija Carravan Co Ltd li inghataw parti minn dawn l-artijiet miljunarji mir-Rettur Dr Patrick Valentino li huwa l-partner tal-istess magistrata. Nistaqsi lill-eccellenza arcisqof….Dawn l-affarijiet taf bihom jew le? Inti taccetta li jsiru dawn l-affarijiet, eccellenza? L-awtoritajiet li jaraw li l-avukatura u l-magistratura timxi b’korretteza fejn huma? X’affarijiet huma li magistarti u avukati jkunu flimkien f’kumpaniji? Din x’gustizzji hi? Allura ma natghux tort lin-nies li jitilfu kull fiducja fil-Knisja u fl-Istutizzjonijiet.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *