Tkaxkira oħra għall-Partit Nazzjonalista: din id-darba fil-Junior College

Għas-sitt sena konsekuttiva, l-għaqda studenteska Pulse, rebħet l-elezzjonijiet għall-Kunsill Studenti Junior College. Din id-darba għamlet dan bl-ikbar distakk fl-istorja ta’ dawn l-elezzjonijiet. Din hija għaqda li għalkemm tgħid li hija indipendenti, imma finalment kulħadd jaf li xxaqleb lejn il-Partit Laburista. L-għaqda demokristjana eżistenti fil-kulleġġ, li huwa sigriet magħruf li tappoġġja lill-Partit Nazzjonalista, baqgħet l-art b’tali mod li ma eleġġiet ebda kandidat. Id-distakk għal din id-darba tela’ għal 500 vot li huwa konsidrat bħala wieħed kbir ħafna.

Dan huwa riżultat li ma tantx jawgura tajjeb lill-Partit Nazzjonalista, speċjalment meta jitqies li din l-elezzjoni saret lejlet elezzjoni ġenerali li se jkollha għall-ewwel darba l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ tal-fuq minn sittax-il sena. Fuq kollox dawn huma elezzjonijiet li fihom jiġu mħarrġa l-politiċi ta’ għada.

Dan huwa riżultat li wieħed irid jagħti kasu u jara x’se jagħmel biex jieħu ħsieb il-vot taż-żgħażagħ. Jekk il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ għaddej qisu xejn mhu xejn, ma tantx ikun qed jibgħat messaġġ li beħsiebu jieħu ħsieb u jistinka biex jiġbed lejh żgħażagħ li donnhom qed jgħidu li ma qed jaraw xejn attraenti fil-Partit Nazzjonalista. Biss dawn l-elezzjoni urew li l-kwistjoni tal-cannabis mhix importanti għal mod kif iż-żagħżagħ ivvutaw. Dawn ivvutaw qabel mal-Partit Nazzjonalista ħareġ b’mod uffiċjali fuq il-pożizzjoni tal-cannabis u meta l-kap kien ġa wera li hu favur din il-pożizzjoni. Fi kliem ieħor, il-vot taż-żagħżagħ mhux qed ikun determinat jekk partit hux favur il-cannabis jew le, jew l-abort jew le.

Inkwiet ieħor huwa li l-politika demokristjana tal-Partit Nazzjonalista, ma hiex qed tkun attraenti għaż-żgħażagħ b’tali mod li xejn mhu qed jiġbidhom lejn il-Partit. Dan għaliex ma baqa’ xejn demokristjan f’dan il-partit. Ma baqax ‘gost’ f’li tkun parti minn partit li jiftaħar li hu Kristjan għax sar kollox barra Kristjan!

One comment

Leave a Reply