L-Arċisqof Charles Scicluna, il-Maġistrata Rachel Montebello u l-art tal-knisja ġewwa Għawdex

Għażiż Dr Mercieca,

Il-bieraħ kien hemm protesta ġewwa Għawdex kontra l-arċisqof Charles Scicluna. Jekk trid tkun taf aktar ara s-sensiela ta’ artikli bl-isem “Gozo Grab” (hemm 10 minnhom) li dehru fuq theshiftnews.com u tkun taf il-protanogisti għala dawk ir-residenti ħarġu jipprotestaw. Wieħed isib il-maġistrata Rachel, missierha l-ex-maġistrat Dennis Montebello, l-avukat Patrick Valentino  – is-sieħeb tal-maġistrata – u l-avukat Carmelo sive Chalie Galea mix-Xagħra, Għawdex, u l-eċċellenza Arċisqof Chalie Guda Scicluna. Dawk mhux fuq il-permessi kienu qed jipprotestaw kif ta x’jifhem l-arċisqof Scicluna lil ġurnalisti, imma fuq il-mod ta’ kif Scicluna għadda din l-art kollha li dawn in-nies.

Aqra l-artikli u tkun taf x’ħadma bizzilla jafu jaħdmu dawn in-nies bil-perċimis l-arċisqof , għax hu “got the ball rolling” meta “out of the blues” b’dak li għamel, seta’ jinħatar is-sieħeb tal-maġistrata Rachel bħala rettur ta’ fondazzjoni tal-karita’ u issa se jneżżawha u jaħkmulha l-miljuni kbar ta’ euro f’artijiet. U għaliex inħatar l-avukat Patrick Valentino minn tant avukati li hawn Malta?

Infakkar li l-arċisqof Scicluna rrinunzja d-dritt li jagħżel abbati tal-Fundazzjoni. Infakkar li l-arċisqof Scicluna ħa 200,000 euro biex ċeda għal dan id-dritt. Il-konsorzju ma kellux d-dritt li jagħżel l-abbati ta’ din il-fundazzjoni. L-Arċisqof Ġużeppi Scicluna Mercieca qatt ma ċedieh dan id-dritt. L-Arċisqof ċeda dan id-dritt u b’hekk spiċċa biex tqabbad is-sieħeb tal-maġistrata Montebello biex jmexxi u jiddisponi u jittrasferixxi din il-propjeta’ kollha kif irid. Lanqas tgħid krieh jew id-Djoċesi tieħu persentagg fis-sena. L-irwol tal-abbati kien jorbot kull deċiżjoni finali fuq din il-propjeta’.

Infakkrek li din il-maġistrata ippresedit fuq kompilazzjoni fejn akkost ta’ kollox żammet persuna fil-ħabs. Infakkrek li din il-persuna, bħas-sieħeb tagħha, huwa nvolut fil-propjeta’ u għalhekk dan seta’ kien potenzjalment kompetitur tas-sieħeb tagħha f’dan is-settur. Imma dan ħadd ma jarah bħala konflitt ta’ interess ġewwa pajjiżna.

Ta’ min ifakkar li Patrick Valentino kien l-avukat difensur ta’ dawk it-tfal (illum irġiel) li ġew abbużati sesswalment minn xi reliġjużi u li kienu f’dak iż-żmien (Frar 2017) għaddejjin f’kawża il-qorti mal-istess arċisqof Scicluna fejn kienu jfittxu lill-knisja għad-danni. S’intendi kieku rnexxielhom, alla biss jaf kemm kienu jqumu oħrajn jitolbu l-kumpens b’detriment enormi għall-finanzi tal-knisja.

Inti storiku, se tifhimhom sew dawn il-balbuljati u l-intriċċi.

Tislijiet

2 thoughts on “L-Arċisqof Charles Scicluna, il-Maġistrata Rachel Montebello u l-art tal-knisja ġewwa Għawdex

  1. Nixtieq nikkoregi lil min kiteb dan il-post rigward punt fejn semma r-rinunzja tal-Arcisqof Scicluna fuq dritt/obbligu li kellu imponut fuqu mill-fundatrici Cosmana Cumbo Navarra tal-Fondazzjoni Sant’Antonio Delli Navarra.
    L-arcisqof uza il-kuntratt tal-fondazzjoni bhala A la carte menu. Li kien joghgbu zammu u li ma kienx jinzillu irrinnunzjah.
    Filwaqt li l-Eccellenza zamm id-dritt li jahtar hu r-Rettur ta’ din il-Fondazzjoni, huwa ceda d-dritt/obbligu li kellu li kull bicca art tal-Fondazzjoni li tinghata bhala cens perpetwu irid ikollha l-approvazzjoni (tieghu) tal-Arcisqof pro-tempore (illum Chalie Scicluna). Allura issa halla kollox f’idejn ir-rettur (illum dr Patrick Valentino) li jiddisponi mill-art tal-Fondazzjoni….u ha nghidlek, ghamel festa bl-artijiet tal-Fondazzjoni u hemm min gawda sew u bil-kbir bid-decizjonijiet tieghu.
    Il-mibki l-arcisqof Guzeppi Mercieca qatt ma irrinnunzja pulzier mid-drittijiet li kellu imma dan il-bully ghazel li jzomm dak li qabillu. Affarijiet tal-misthija u li qatt ma ghandhom jigu accettati mill-awtoritajiet kompetenti li jharsu r-rule of law u l-morali tal-Knisja.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *