Esklussiva: Il-priġunieri qed jagħmlu petizzjoni għaliex iridu lil Alex Dalli lura
Dan is-sit jinsab infurmat li l-priġunieri fil-ħabs qed jagħmlu petizzjoni biex Alex Dalli jerġa’ jkun appuntat bħala d-direttur tagħhom.
Il-priġunieri jridu direttur li jkun magħhom minn filgħodu sa filgħaxija. Għalihom direttur mhux xi ħadd kemm hu ‘good’ u kemm għandu qalbu tajba. Dak ifisser li t-traffikanti tad-droga ser jerġgħu jinfiltraw u jieħdu l-ħabs f’idejhom.
Il-priġunieri u qrabathom huma irrabbjati għaliex il-ministru risponsabbli mill-ħabs, Byron Camilleri, aċċetta s-sospensjoni ta’ Alex Dalli. Infakkar li Alex Dalli ssospenda ruħu minn rajh wara l-mewt traġika ta’ Arun Jose.
Minn informazzjoni li ġbart fost il-priġunieri li jridu lil Dalli jiġi lura, hemm uħud li fil-passat għamlu kawżi kontra l-istess Dalli.
Illum, fost il-ħabsin u qrabathom, id-diskors huwa wieħed. Il-biża huwa li l-ħabs jerġa’ jinfaqa’ bid-droga waqt li min kien qed jabbuża u tilef iż-żejża fi żmien Dalli jrid li din auto-sospensjoni tissejjaħ reżenja ħalli Dalli jispiċċa għal kollox u huma jerġgħu jidħlu il-ħabs u jkomplu jagħmlu l-flus mill-korruzzjoni li kienu qed jagħmlu.
L-importanti għal media u dawk li jridu jaqilgħu lira mill-korruzzjoni huwa li jkollhom direttur “twajjeb”, jew “good” li fil-lingwaġġ tal-ħabs tfisser li huwa “weak”, biex b’hekk it-traffikanti tad-droga jerġgħu jieħdu over il-ħabs u l-ħabs jerġa’ jibda jitmexxa mill-kriminali!
Il Hyena ‘s ta favur i8l Habs jigi 5* x’se jighdu issa?