Illum għandna arċisqof li mhux lest li jmut martri għall-kelma t’Alla

Blog post minn qarrej

Mela min kif qed jidher mill-aħbarijiet, l-istar candidate ta’ Bernard Grech irrappurtat lil Fr. Andrew Borg lill-pulizija fuq “Hate Speech”. Dan għaliex, dan il-qassis sejħilha satana. Mela kandidata ta’ Partit Demokristjan, cioe’ il-Partit Nazzjonalista ser tispiċċa ittella’ qassis Kattoliku Kristjan il-Qorti!

Il-kap tal-PN, Dr. Bernard Grech, li qabel ma daħal għall-politika kien joffri is-servizzi tiegħu lill-Kurja ta’ Malta fil-korsijiet ta’ Kana ħareġ jappoġġjaha u kkundanna dak li l-istar candidate tiegħu qed issejjaħlu bħalha “attack” u “Hate Speech” lejha. Mela awtomatikament, Dr Grech ikkundanna ukoll lil Fr. Andrew Borg.

Oħroġ il-għaġeb, min kellu jkun ta’ bastun għal Fr Borg, il-Kurja u l-Arċisqof Charles Scicluna ma ħarġux għonqhom għalih. Dik fidi! Ara kemm lest dan l-arċisqof imut martri għall-kelma t’Alla!

Mela Fr. Andrew Borg hu qassis u d-duttrina tiegħu, bħal kull membru tal-kleru tal-Knisja Kattolika Rumana hija bbażata fuq il-Bibbja, speċjalment fuq il-vanġeli. Issa dan Fr. Andrew Borg sejjaħ lill-istar candidate ta’ Bernard Grech “satana”. Dan ma qal xejn ġdid. Kull ma għamel hu li mexa fuq il-kliem ta’ Ġesù Kristu li qal fil-Evanġelu ta’ San Mattew 16: 23

Pietru ġibdu lejh u beda jlumu u jgħidlu: “Allaħares, Mulej! Ma jkun qatt li dan jgħaddi minn għalik?” Iżda Ġesù dar u qal lil Pietru:“Itlaq minn quddiemi, ja xitan! Int tfixkil għalija, għax m’intix tqis il-ħwejjeġ ta’ Alla, imma qiegħed taħsibha ta’ bniedem li int!”’

Ġesù Kristu, anki skont il-Vanġelu stess kien jaf Xmun kellu ikun qaddis, xorta sejjaħlu xitan jew satana. B’dan il-vers, mill-vanġelu biss, Fr. Andrew Borg għandu ġa biżżejjed biex iwaqqa’ l-argumenti tal-istar candidate fi-qorti. Kif tista’ l-qorti issib qassis ħati meta din l-istess qorti ser iġġegħlu jieħu ġurament fuq il-Bibbja qabel jibda jixhed, jiġifieri dik l-istess Bibbja li Kristu stess sejjaħ lil dawk li jfixklu t-tagħlim tiegħu bħala xitan!

Ikun ħafna interessanti, jekk bħala xhieda, Fr. Andrew Borg, isejjaħ lill-istess Arċisqof Charles Scicluna. B’hekk  naraw il-kwalita’ ta’ stoffa li dan arċisqof hu magħmul minna u verament x’fidi għandu. B’hekk inkunu nafu kemm verament dan il- mexxej tal-Kurja ta’ Malta huwa verament fidil lejn il-kelma ta’Alla!

Sliem

Leave a Reply