Il-ħabsi tgħallaq għax ma setax igawdi lit-tarbija tiegħu minħabba li nżamm fil-ħabs mill-qorti

Dan is-sit hu nfurmat li l-bieraħ, il-priġunieri kollha fil-ħabs ta’ Kordin kienu qed jitkellmu fuq l-istorja traġika tal-persuna Indjana li kkommettiet suwiċidju fil-ħabs.

Biss kontra dawk li pprovat tagħti x’jifhem Repubblika u sħabha, l-ebda ħabsi ma kien qed jassoċċja dan is-suwiċidju mal-kondizzjonijiet fil-ħabs. Ħadd ma kien qed iwaħħal f’Alex Dalli bħala l-persuna li, minħabba l-mod ta’ kif kien qed imexxi l-ħabs, dan l-Indjan għamel suwiċidju.

Dan is-sit jinsab infurmat li l-ħabsin kollha kienu qed jitkellmu u jgħidu li dan il-ħabsi għamel dan suwiċidju minħabba li telqitu l-mara. Din marret lura l-Indja bit-tarbija b’kollox. Dan il-priġunier Indjan kien iddispjaċut li ma kienx ser jara aktar lil din it-tarbija li kellu. Fuq kollox kien imwerwer li n-nies kienu ser jibdew jgħidu lit-tarbija, li missierha ħabsi. Din il-persuna kienet taqsam dawn il-ħsibijiet mal-priġunieri sħabu. Hu kien jgħidilhom ukoll li kien iddispjaċut li ma jistax jara aktar lill-martu u lit-tarbija tiegħu.

Qed taraw x’aħna nieħdu talli l-maġistrati – fuq insistenza ta’ Repubblika u l-ġurnalisti sħabhom – qed iżommu persuni fil-ħabs u ma jingħatawx bail?

Wieħed irid jiftakar li dan il-ħabsi ġie akkużat b’reati serji ħafna marbuta mas-sess. B’hekk ma ngħatax il-liberta’ proviżorja mill-qrati tagħna anki jekk quddiem il-liġi għadu innoċenti. Huwa baqa’ jinsisti li hu innoċenti. Infakkar li l-media ilha tagħmel pressjoni li dawk li jiġu akkużati fuq sess għandhom jinżammu l-ħabs. Issa ara x’ġara! Każ fejn bniedem barrani, Indjan ma setax jiflaħ għal din il-pressjoni kollha li dawn l-istess ġurnalisti kkreaw. Ma felaħx aktar li ma setax jara lit-tarbija tiegħu. Minħabba din l-istorja u minħabba li nżamm il-ħabs, il-mara spiċċat telqitu u marret l-Indja bit-tarbija b’kollox.

Xi ħadd qatt kiteb, minn dawk il-ġurnalisti u l-għaqdiet favur il-ġustizzja biex dan l-Indjan jingħata l-liberta’ proviżorja? Ma tarax ser jaqbżu għall-ħabsi akkużat b’reati sesswali! Anzi l-għajta u l-biża fost il-ġudikaturi illum hija – u dan qalitu Rachel Montebello nnifisha fil-każ ta’ Yorgen Fenech – li jekk jagħtu l-ħelsien mill-arrest allavolja persuna għadha ma nstabitx ħatja – jista’ jwassal għall-protesti fit-toroq! U nafu minn hemm wara dawn il-protesti; Repubblika u l-ġurnalisti u l-għaqdiet sħabhom.

Bil-wiċċ tost kollu, Repubblika ħarqu stqarrija favur dan l-Indjan. Għaliex ma qabżux għalih meta kien fil-ħabs. Issa qed jitkellmu wara li għamel suwiċidju. Verament ipokriti. Kieku dan ngħata l-liberta’ proviżorja mill-qrati tagħna, din it-traġedja kienet tkun evitata.

One thought on “Il-ħabsi tgħallaq għax ma setax igawdi lit-tarbija tiegħu minħabba li nżamm fil-ħabs mill-qorti

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *