Din id-darba kien imiss lil Ryan Callus biex jgħaxxaq fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi

Il-bieraħ kien imiss lil Ryan Callus li suppost hu espert fl-enerġija u x-shadow minister tal-enerġija rinnovabbli biex jgħaxxaqha. Fis-seduta tal-bieraħ, ħareġ li dan l-anqas l-istatistika sew ma jaf.

Konrad Mizzi qal li l-livell ta’ enerġija rinnovabbli fl-2013 kien ta’ 1%. Ryan Callus ikkontraduċih u qallu li kienet ta’ 7% fl-2013. Callus semma din iċ-ċifra darbtejn jew tlieta. Ryan Callus irid jitgħallem li jekk ser isemmi ċifra, ried ikun eżatt. Dan wassal biex it-Tabib Hermann Farrugia ppubblika ċ-ċifri u qallu

jaħasra, Ryan, bħala Shadow Minister tikkwotax ċifri, figuri u statistika billi tfajjar minn żniedek. Ħasra għall-kredibilita’ tal-Oppożizzjoni u għall-image ta’ kemm hi ppretarata [qed tagħmel].”

Fi kliem ieħor, din id-darba kellu jkun Ryan Callus, ix-shadow minister tal-enerġija rrovabbli li jgħaxxaqha. Dan il-fatt juri n-nuqqas ta’ preparazzjoni u jerġa’ jikkonferma l-bżonn li dawn il-membri min-naħa tal-Oppożizzjoni ma jibqgħux fuq il-PAC jekk il-Partit Nazzjonalista irid isir kredibbli.

Ma jistax il-Partit Nazzjonalista jibqa’ jkollu membri fuq il-PAC li kull meta jiftħu ħalqhom jagħmlu awto-goals. Aħjar ma tiftaħ ħalqek xejn milli tiftħu sabiex tfajjar bl-addoċċ għax dlonk dak li tgħid jiġi lura f’wiċċek. Addio l-kredibilita’ u serjeta’ tal-oppożizzjoni. Għal darba oħra, Konrad Mizzi reġa’ ta tkaxkira oħra lil membri tal-kumitat Nazzjonalista fuq dan il-kumitat. Feather-in-the-cap għal Konrad Mizzi.

Hermann Farrugia jkompli jikteb hekk fuq dan is-suġġett:

Fil-fatt kienet biss fis-sena 2019 li Malta laħqet skapulat iċ-ċifra li ssemmiet mill-membru tal-Oppożizzjoni u resqet aktar tanġibbilment lejn il-mira ipproġettata għas-sena 2020 ta’ almenu 10 fil-mija energija ħadra rinnovabbli bħala proporzjon tal-energija kollha ġġenerata. Ara tabella:”

One comment

Leave a Reply