Where your opinion counts

Alfred Sant ma biddilx fehmtu dwar l-fatt li Malta ma għandhiex tkun fl-Unjoni Ewropa

Minn osservatur politiku

15-il sena wara u Alfred Sant għadu ma jridx jifhem għalfejn Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea. Sant għadu jaħseb li l-politika Ewropea għad ma kellhiex effett fuq il-politika Maltija. Għadu jirrifjuta li jaċċetta il-valuri Ewropej u l-istil ta’ ħajja li jġibu magħhom. Dr Sant għadu jemmen li għad għandu raġun hu li missna bqajna barra mill-Unjoni u ħdimna minn barra u mhux minn ġewwa.

F’artiklu fil-Malta Independent qalilna li l-Unjoni Ewropea tissemma f’Malta biss meta nitkellmu fuq il-fondi jew fuq ir-regoli imposti minn Brussel. Għadu s’issa ma jridx jirrikonoxxi li aħna parti minn dawk ir-regoli u fondi għax għandna post madwar il-mejda, mhux barra l-kamra fejn riedna hu.

Sħubija fl-Unjoni Ewropea ma tfissirx biss li tintelaq għall-lobbying li jsir fil-kuruturi ta’ Brussell imma li taddotta stil ta’ ħajja fejn il-poplu, bi dritt, jippretendi standards ogħla minn dawk f’pajjiżi oħra. Ifisser li ma nibqgħux f’dak iż-żmien diffiċli ta’ pajjiżna li għaddejna minnu fis-snin sebgħin u tmenin jew li nkunu servili ta’ potenza li taħkimna.

Il-politika Ewropea hija mibnija fuq il-valuri tar-rispett u allura pajjiżna kellu bżonn li nersqu lejn stil ta’ ħajja u ta’ politika mibnija fuq ir-rispett għall-valuri Ewropej. Ridna, u dak li akkwistajna fl-Unjoni Ewropea, li l-valuri sodi Ewropej jiġu l-ewwel u qabel kollox.

Dan ma jfissirx li issa qed ngħixu f’ġenna fl-art, altru. Imma jfisser li l-poplu għandu ideal fuq xix jimxi u li aġġornajna l-liġijiet tagħna biex dawk l-aspirazzjonijiet ta’ ħajja aħjar ikollna l-għodda biex nilħquhom.

Fost affarijiet u tibdiliet li donnu Alfred Sant qed jipporva jnessi huma d-dritt għall-espressjoni libera. Dr Sant għandu jiftakar minn liema sitwazzjoni għadda pajjiżna meta lanqas il-kelma ‘nazzjon’ ma setgħet tintuża.

Għalhekk dan il-valur kien tassew importanti għal pajjiżna u rnexxilna nissiġillawh meta sirna membri tal-Unjoni. Hemm diversi drittijiet li minkejja li kellna qabel isseħibna fl-Unjoni Ewropea, dawn kienu jiġu kalpestati mill-gvern tal-ġurnata. Fost dawn id-dritt ta’ assoċċjazzjoni, d-dritt tax-xogħol, id-dritt tal-ġustizzja u d-dritt tal-liberta’.

Kienu dawn l-effetti fuq pajjiżna li kienu ħolmu dwarhom Ġorġ Borg Olivier u Eddie Fenech Adami. U jekk kien hemm mument fl-istorja riċenti ta’ pajjiżna fejn is-solidarjeta’ Ewropea ħassejniha kien propju wara l-qtil faħxi ta’ ġurnalista. Dan il-qtil rajnieh bħala attakk fuq il-liberta tal-espressjoni. Dan il-qtil ma baqax biss sa xtutna iżda sab il-komunita’ Ewropea kollha lesta biex tgħin lil Malta tfittex ġustizzja, anki jekk ikolli ngħid li bil-mod il-mod qed titbiegħed mill-mod ta’ kif saru l-investigazzjoni dwar dan il-qtil għaliex hemm wisq taħwid. Dan huwa wkoll valur Ewropew; dawk li ħawdu jkunu risponsabbli ta’ għemilhom.

Biss nammira l-fatt li ma biddilx fehmtu għal konvenjenza jew għax tawh xi iced bun fl-parlament Ewropew.

https://www.independent.com.mt/articles/2021-11-11/blogs-opinions/Distance-from-Europe-6736238182?fbclid=IwAR0zozT7jjMnVYJTYunlIOQietc2M_u3pNVAIqqKLdm3ADtHUoPmd_E3FKw#.YYy_ZZor1As.facebook

2 thoughts on “Alfred Sant ma biddilx fehmtu dwar l-fatt li Malta ma għandhiex tkun fl-Unjoni Ewropa

  1. Illum inbiddlu ferm l-affarijiet. L-esperjenza fl-Unjoni Ewropea hija diversa u taffettwa b’mod tajjeb u inqas tajjeb skond il-klassi socjali li wiehed jappertjeni. Minghajr ma naqa’ f’ paraguni ( ghax dawn odjuzi), id-drittijiet li dahlu huma varji u interprtati diversament. Uhud minnhom miktubin fuq il-karta biss. Nemmen biss li nies li kienu favur l-U.E dakinhar, illum jahsbuha ferm differenti dwar il-“valuri” li thaddan l-istess Ewropa.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *