Ta’ Repubblika ser jikkampjaw quddiem il-Kurja wara li CEO tal-istazzjon tal-isqfijiet ser jieħu flus kbar mingħand dan il-gvern korrott?
Lovin Malta ħarġet bi storja fuq Anton Attard, ħaten Beppe Fenech Adami. Infakkar li dan Anton Attard għandu numru kbir ta’ messaġġi ma’ Yorgen Fenech, probabbli iżjed milli għandu in-Nutar Castaldi Paris, biss ħadd ma joħroġ dawn il-messaġġi.
Infakkar li kien ħareġ fil-media l-istorja dwar logħob tal-azzard fuq il-Eurovision li Attard kien qed jieħu ħsieb. Issa sirna nafu ukoll li l-istess Anton Attard ingħata iced-bun oħra mill-Public Broadcasting Services, l-istazzjon li skont ħatnu hu maħtuf minn Kastilja.
Fil-fatt Lovin Malta avżatna b’pompa kbira li Anton Attard se jagħmel Sharktank, ‘reality show’ dwar in-negozju. F’dan il-każ, Lovin Malta tfaħħar lil Anton Attard għal dan il-proġett.
Imma meta wieħed jaqra ftit ‘between the lines’ jinduna li hemm iżjed minn dak li jaraw l-għajnejn. Biex tagħmel show internazzjonali bħal Sharktank trid pompa flus. Issa niftakru tajjeb li Anton Attard dejjem kien kreattiv kif isib l-isponsors. Per eżempju l-Malta Tourism Authority immexxija minn Konrad Mizzi kienet tat lil Attard sponsorship qawwi, wieħed wara l-ieħor, biex jagħmel il-kunċerti ta’ Joseph Calleja.
Issa Attard sab żejża oħra, dan għaliex skond Lovin Malta l-isponsors uffiċjali ta’ Sharktank se jkunu il-Malta Enterprise. U oħroġ il-għaġeb, min imexxi l-Malta Enterprise? Ħadd ħlief Kurt Farrugia, l-ex-Communications Director ta’ Joseph Muscat, li tant kien qrib ta’ Keith Schembri li ħadu miegħu meta marru l-Azerbaijan.
Biex niftakru, l-istess Joseph Muscat kien żamm lil Anton Attard CEO tal-Public Broadcasting Services. Fi żmien li Attard kien qed imexxi l-Public Broadcasting Services faqqa l-iskandlu tal-Panama Papers li l-PBS bil-kemm irrapporta fl-aħbarijiet. Inkredibbli hux! Shhhhh, għax tqajmu lil ta’ Repubblika!
Tgħid il-kanċilliera tal-arċisqof, Alessandra de Crespo ser tmur ma’ sħabha ta’ Repubblika tikkampja quddiem il-kurja peress li b’kumbinazzjoni Anton Attard huwa CEO part-time tal-media tal-isqfijiet Maltin?
Ma tarax.