It-tabib Hermann Farrugia jitlob lil Bernard Grech jirtira l-proposta li jqassam il-pillola (MAP) liż-żgħażagħ

F’dan il-jiem, inqalgħet kontroversja kbira fil-Partit Nazzjonalista, wara li numru ta’ attivisti Nazzjonalista, ġew imsejħa id-depot għaliex tkellmu kontra l-abort. Dan wassal biex Bernard Grech kellu joħroġ statement qawwi li hu kontra l-abort. Bernard Grech kien ilu għal dawn l-aħħar xhur jagħti prominenza lill-kandidati li huma favur l-abort fil-Partit Nazzjonalista.

Biss dan wassal għall-numru ta’ reazzjonijiet. Numru ta’ partitarji Nazzjonalisti bdew jiktbu pubblikament li Bernard Grech għandu jirtira mil-lista tal-kandidati dawk kollha li huma favur l-abort. Hawn qed inġib kumment wieħed. Kien hemm ħafna kummenti ta’ dan it-tip fuq il-pagna ta’ Bernard Grech eżattament taħt id-diskors tiegħu fejn qal li hu kontra l-abort. Biss għal xi raġuni jew oħra, jien ma bqajtx narahom kollha l-kummenti fejn qed jintalab li kandidati li huma pro-abort ma għandhomx ikunu fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista.

Min-naħa tiegħu, it-tabib Hermann Farrugia kiteb fuq il-Facebook page tiegħu u talab lil Bernard Grech biex jirtira l-proposta li ħareġ biha l-Partit Nazzjonalista li jqassam il-pillola MAP b’xejn u lit-tfajliet kollha minn sittax-il sena ‘l fuq. Ma jistax kap jgħid li hu kontra l-abort u jagħmel proposta ta’ dan it-tip.

One comment

Leave a Reply