Where your opinion counts

Il-pruġunier li għamel suwiċidju ma kienx ngħata l-liberta’ proviżorja mill-qorti

Bħalissa għaddejja polemika oħra għaliex priġunier ieħor instab mejjet fil-ħabs dalgħodu. Dak li mhux qed jgħidu l-ġurnali li dan il-barrani, ta’ nazzjonalista Indjana, kien qed jinżamm fil-ħabs għaliex il-qrati tagħna ma tawhx il-liberta’ proviżorja!

Infakkar li l-pulizija u l-uffiċju tal-avukat ġenerali qegħdin fi kurċjata biex akkużati, li għadhom ma nstabux ħatja, ma jingħatawx il-liberta’ proviżorja. Dan kien qed jinżamm il-ħabs akkużat fuq abbużi sesswali. B’hekk il-każ tiegħu ma kienx għadu deċiż. Dan wassal, u din xi ħaġa li mhux qed tingħad, li dan ir-raġel spiċċa jsoffri minn problemi familjari kbar. Il-fatt li ma ngħatax il-liberta’ proviżorja żied l-inkwiet għal dan il-bniedem. L-akkużi li kien jinstab akkużat bihom iġorru magħhom stigma soċjali kerha. Parti minn din l-istigma soċjali ġiet ikkreata mill-istess media li bħalissa qed titkaża b’dan is-suwiċidju. Ara fuq dan il-punt ħadd ma qiegħed jingħad xejn. L-aqwa li ngħidu li priġunier miet fil-ħabs!

Dan hu tip ta’ suwiċidju li wieħed qatt ma jista’ jipprevedih. Fi kliem ieħor dan hu t-tip ta’ suwiċidju klassiku. The Times stess qalet li dan il-priġunier ħalla nota għala qed jagħmel is-suwiċidju. F’din in-nota żgur ser joħroġ ċar għala dan għamel dan is-suwiċidju. Normalment min jagħmel dawn it-tip ta’ noti, jagħmilhom forma ta’ testment biex jgħid eżatt għaliex qed ineħħi ħajtu u xi jrid jiġri minnu wara li jkun neħħa ħajtu.

B’hekk dawn it-tip ta’ suwiċidji ma jistgħux ikunu prevesti u wisq aktar evitati. Infatti, imkien s’issa għadni ma qrajt fil-media, li dan il-ħabsi wera xi sintomi ta’ suwiċidju u l-awtoritajiet tal-ħabs ma ħadux azzjoni dwarhom.

Min-naħa tiegħu, għamel sew id-direttur tal-ħabs li ssuspenda lilu nnifsu. Dak li hu żgur li ma ġiex sfurzat biex jissospendi lilu nnifsu minn din il-kariga.

https://timesofmalta.com/articles/view/inmate-dies-in-suspected-suicide.913944

Din il-mewt traġika wasslet biex numru ta’ għaqdiet joħorġu jgħajtu li d-direttur tal-ħabs għandu jitneħħa mingħajr l-anqas biss għadhom jafu l-fatti kollha tal-każ.

2 thoughts on “Il-pruġunier li għamel suwiċidju ma kienx ngħata l-liberta’ proviżorja mill-qorti

Leave a Reply to John Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *