Ġurnal internazzjonali jikxef min irrapporta lin-Nazzjonalisti lill-pulizija.

Bħal issa għaddejja kontroversja fil-Partit Nazzjonalista dwar min irrapporta numru ta’ Nazzjonalisti lill-pulizija għaliex kitbu kontra l-abort. Bernard Grech u n-nies tiegħu qed jgħidu li ma kienetx l-istar kandidat li hija favur l-abort li rrappurtathom lill-pulizija. Imma li l-pulizija ħadet passi ex-uffiċju. Fi kliem ieħor l-establishment ta’ Bernard Grech ħareġ jiddefendi lil din il-kandidata partikolari.

Biss mhux kulħadd qed jemmen din il-verzjoni. Ftit tal-jiem ilu deher artiklu fejn intqal li kienet l-avukata innifisha, li qabbdet lil Dr. Franco Debono u lil Dr. Marion Camilleri, biex jitressaq ilment kontra qassis talli qalha li hija mxajtan u qabbilha ma’ Hitler. Hija kitbet ukoll f’dan is-sens li tixtieq tagħti eżempju għaliex mhux sew li qassis jikteb hekk.

Dan is-sit qed isegwi din l-istorja ta’ dawn in-Nazzjonalisti li l-pulizija bagħtet għalihom id-depot talli kkritikaw l-istar kandidat ta’ Bernard Grech li hija favur l-abort. Dan is-sit jinsab infurmat li l-pulizija bdiet iċċempilhom personalment u tgħidilhom biex imorru d-depot għaliex spettur partikolari ried ikellimhom. Dawk li l-pulizija ma setgħetx issibhom, il-pulizija kienet saħansitra lesta li toħroġ mandat ta’ arrest fil-konfront tagħhom. Fuq kollox, waqt l-interrogatorju, dawn in-Nazzjonalisti ġew imrassa u spiċċaw jiffirmaw dikjarazzjoni li fiha nnifisha hija umiljanti.

Sadanittant din l-istorja dwar din l-istar candidate ta’ Bernard Grech dehret f’gazzetta internazzjonali. Din il-gazzetta tidher li hija f’alleanza ma’ The Times. Dak li hu żgur huwa li dan il-ġurnal internazzjonali għandu l-lanżit għar-reliġjon kattolika u tella’ dan l-artiklu biex mingħalih jumilja lil dan il-qassis Malti.

https://twnews.co.uk/mt-news/victim-of-priest-s-hate-speech-files-police-report

Id-daħqa hija li skont dan il-ġurnal, li qed jikkwota lil The Times, il-pro-choice f’Malta qed isofru ħafna insulti! Bħal li kieku, l-oħrajn li huma kontra l-abort qatt ma ġew mgħajra u nsultati minn dawk Pro-choice!

Imma dak l-aktar importanti huwa li dan il-ġurnal internazzjonli kompla jikxef ftit aktar minn verament hemm wara dawn ir-rapporti lill-pulizija, fil-konfront ta’ dawn in-Nazzjonalisti, talli kkritikaw kandidata Nazzjonalista fil-partit tagħhom li hija pro-choice. Ma tantx jidher li f’dan il-każ il-pulizija ħadet azzjoni kontrihom ex-uffiċju imma għaliex sar rapport kontra tagħhom.

Leave a Reply