Grupp li hu kontra l-abort qed joffri għajnuna legali lil dawk in-Nazzjonalisti li qed ikunu ppersegwitati għaliex kontra abort

Grupp li hu kontra l-abort qed joffri għajnuna ta’ avukat lil dawk in-Nazzjonalisti li bir-raġun tkellmu kontra l-abort u wrew id-disapprovazzjoni tagħhom li l-partit tagħhom għandu fi ħdanu kandidata pro-choice. Dawn spiċċaw id-depot fejn il-pulizija ħadet stqarrijiet minn għandhom.

Dan is-sit il-bieraħ żvela li numru ta’ Nazzjonalisti ġew imsejħa d-depot għaliex tkellmu kontra l-abort u wrew id-disapprovazzjoni tagħhom li kandidata Nazzjonalista hija favur l-abort. Din il-kandidata għandha s-support ta’ Bernard Grech u t-tim tiegħu.

Dan wassal biex dan il-grupp, bl-isem ta’ ‘Abortion in Malta? Not in my name!’ tella’ post fuq il-Facebook page tiegħu biex joffri l-għajnuna ta’ avukat lil dawk kollha li bagħtu għalihom il-pulizija għax huma kontra l-abort. Hawn irid jingħad li dan hu grupp apolitiku li fih Nazzjonalisti u Laburisti u oħrajn. Jiġbor fih lil dawk li huma kontra l-abort. F’dan il-grupp ittella’ dan il-post:

QED NOFFRU AVUKAT B’XEJN LIL DAWK LI BAGĦTU GĦALIHOM FUQ L-ABORT ID-DEPOT.

Dan il-grupp ‘Abortion in Malta? Not in my name” qed joffri is-servizz ta’ avukat expert fil-kriminal, biex jiddefendihom kontra l-akkużi lì ha jġibu kontriehom il-pulizija għaliex huma kontra l-abort. Ħa ikun hemm akkużi kriminali fil-Qorti. Ċemplulna fuq 79446688 u ċemplu issa. Ma tistawx tistennew. Għandek dritt kostituzzjonali li tkun rappreżentat minn avukat li huwa kontra l-abort, bħalkom. Dawk li jixtiequ jikkontribwixxu finanzjarjament għall-ispejjeż tal-qorti, b’donazzjoni żgħira, ċemplu 79446688.

Dan il-post inkiteb fil-kuntest ta’ xi kummenti li għaddew partitarji Nazzjonalisti fil-konfront ta’ kandidata tal-Partit Nazzjonalista għaliex hi pro-choice. Ara x’mistħija u umiljazzjoni għall-Partit Nazzjonalista! Ara f’liema sitwazzjoni spiċċa l-Partit Nazzjonalista u dan kollu għax paladina ta’ Bernard Grech, kandidata star, spiċċat ħolqot din is-sitwazzjoni surreali u ġlied bejn l-aħwa Nazzjonalisti. In-Nazzjonalisti spiċċaw jingħataw għajnuna minn grupp apolitiku u mhux mill-partit tagħhom stess għaliex iddefendu l-istatut tal-Partit Nazzjonalista.

Infakkar li numru ta’ Nazzjonalisti spiċċaw id-depot. L-anqas Dom Mintoff ma kien irnexxilu jeħodhom id-depot u din il-kandidata star irnexxilha tagħmel dak li Mintoff qatt ma rnexxilu jagħmel lil dawn il-partitarji Nazzjonalisti meta ġġieldu għal-liberta’ f’pajjiżna. Jekk xi ħadd kien jaħseb li l-Partit Nazzjonalista kien miss il-qiegħ, issa sirna nafu li anke il-qiegħ infaqa’ u l-partit taħt Bernard Grech baqa’ nieżel l-isfel.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *