Fr. Joe Borg jispiċċa minn editur ta’ Newsbook

Kien l-istess Newsbook li ta l-aħbar li Fr. Joe Borg ma għadux l-editur. Minfloku leħaq Kevin Papagiorcopulo. Nispera li naraw titjib u Newsbook jieqaf ikun ta’ skandlu għall-Knisja Kattolika Rumana Maltija bl-editur tiegħu. Fr. Joe Borg kien spiċċa vilment jigdeb fuq in-nies. Matul iż-żmien tiegħu ta’ editur, numru ta’ qassisin u patrijiet bdew jiktbu saħansitra fuq Facebook biex juru l-ħsara kbira li dan is-sit kien qed jagħmel lill-Knisja Maltija. Inkunu nafu meta nibdew naqraw l-istejjer u kif dawn ser ikunu rappurtati taħt dan l-editur il-ġdid.

https://newsbook.com.mt/editur-gdid-ghal-newsbook-u-103/?fbclid=IwAR0uHEZJn0d2G3UJECoWBYhkubbY2dyfXyhaqt_7R1PRTZBPUdl03aJ9cYA

Leave a Reply