Where your opinion counts

Aktar manuvri hekk kif il-lejla ser jiltaqa’ l-grupp parlamentari PN biex japprovaw il-liġi dwar il-kannabis

Il-lejla hemm laqgħa oħra tal-grupp parlamentari biex fiha d-deputati Nazzjonalisti japprovaw il-liġi tal-kannabis. Hu fatt magħruf li ħafna deputati Nazzjonalisti huma kontra din il-liġi. Din hija r-raba’ laqgħa li qed isejjaħ Bernard Grech tal-grupp parlamentari biex tkun approvata din il-liġi.

Dak li dan is-sit jista’ jiżvela, li wara l-aħħar laqgħa ma kienx intqal meta l-grupp kien ser jerġa’ jiltaqa’ biex jiddiskuti din il-liġi. Bdew manuvri bil-moħbi ħalli dawk kontra din il-liġi ma jkunux infurmati dwar meta ser issir din il-laqgħa tal-grupp parlamentari. B’hekk dawn ma jkunux preżenti u Bernard Grech ikun jista’ japprova din il-liġi u joħroġ jgħid li l-grupp parlamentari approva l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista favur il-kannabis.

Dan is-sit jista’ jiżvela’ li dawk fil-grupp parlamentari Nazzjonalista u li huma kontra din il-liġi ġew infurmati kmieni llum wara nofs in-nhar b’din il-laqgħa. It-tattika hija li dawn ġew avvżati hekk tard biex ikun hemm fosthom li jkunu ġa għamlu mpenji oħra u b’hekk jinfurmaw lill-whip li ma jistgħux jattendu għall-laqgħa.

Infakkar li Bernard Grech irid b’saħħa kbira li tgħaddi din il-liġi favur il-kannabis. L-argument li qed iġib huwa li t-tifel tiegħu huwa favur il-kannabis. Jekk it-tifel tiegħu u Bernard Grech huma favur il-leġislazzjoni tal-kannabis, allura qegħdin fil-partit politiku ħażin. Kull ma għandhom jagħmlu huwa li jmorru fil-Partit Laburista!

One thought on “Aktar manuvri hekk kif il-lejla ser jiltaqa’ l-grupp parlamentari PN biex japprovaw il-liġi dwar il-kannabis

Leave a Reply to pass57 Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *