Numru ta’ partitarji Nazzjonalisti ġew imsejħa id-depot fuq il-posts ta’ Emma Portelli Bonnici

Dan is-sit huwa infurmat li numru ta’ partitarji Nazzjonalisti ġew mgħajta d-depot tal-pulizija. Skont informazzjoni li rċevejt dawn ġew miġbura minħabba xi kummenti fuq il-Facebook page dwar Emma Portelli Bonnici.

Din kienet tellgħet post fejn qalet li ġiet insulentata minn diversi nies b’”hate speech”, b’emfasi speċjali fuq kumment ta’ qassis.

Wieħed irid jgħid li din hija avukatessa li bil-miftuħ tgħid li hija ‘pro-choice’ u allura tiddeduċi li hija favur l-abort. Meta kitbet dak li kitbet fuq Facebook, kien hemm min għaddielha xi kummenti. Kif kelli ċ-ċans nuri, din l-anqas kellha tkun aċċettata bħala kandidata fil-Partit Nazzjonalista, aħseb u ara, tkun promossa bħala star candidate askapitu ta’ kandidati oħra.

Kif ħabbret, Emma Portelli Bonnici għaddiet dawn il-kummenti lill-pulizija. Dak li nista’ niżvela wkoll, li wara din l-azzjoni hemm is-support ta’ numru ta’ kmarar tal-aħbarijiet. Fuq kollox, ma kienx hemm biss rapport kontra il-qassis. Kien hemm rapport lill-pulizija kontra numru ta’ Nazzjonalisti li wrew id-disapprovazzjoni tagħhom għall-pożizzjoni ta’ Emma Portelli Bonnici.

Min-naħa tagħha, il-pulizija ħadet azzjoni kontra numru ta’ Nazzjonalisti li għaddew xi kumment u dawn ġew miġbura d-depot biex jirrispondu għal dak li kitbu.

Għall-ħafna Nazzjonalisti, mhux aċċettabbli li jkun hemm kandidati li jtellgħu posts u jitkellmu favur l-abort. Portelli Bonnici fetħet ferita f’diversi partitarji għax perċentaġġ kbir minnhom huma kontra l-abort u dawk li ġew imsejħa d-depot, kienu partitarji li ġġieldu għall-Partit Nazzjonalista mingħajr qatt ma ppretendew xejn. L-istatut tal-Partit Nazzjonalista jgħid f’iktar minn paragrafu wieħed li dan il-partit jemmen fil-ħajja mill-konċepiment sal-mewt.

Biċċiet mill-kummenti kienu ndirizzati lit-tmexxija tal-partit u jistaqsu kif jista’ jkun li jkollok kandidata li hi favur l-abort u allura favur id-diskussjoni dwar l-abort f’partit li hu kontra l-abort? Ħafna sostenituri tal-partit kitbu biex jkollhom risposta għal dan kollu.

Biss irridu nsemmu li dawk li huma favur l-abort fil-Partit Nazzjonalista jgħajru lil dawk li huma kontra l-abort bħala dinosawri u jagħtuhom titli oħra.

Barra minn dan kollu, kienet strateġija ħażina ħafna minn Bernard Grech li ħareġ jiddefendi lil Emma Portelli Bonnici għax ġiet attakkata fuq l-abort. Meta ġew attakkati nies oħrajn, hu qatt ma tkellem.

Id-deċiżjoni ta’ Bernard Grech li jiddefendi lil Portelli Bonnici kienet deċiżjoni li urtat ħafna sostenituri tal-partit u saru mijiet ta’ kummenti fuq dan il-fatt ukoll, għax il-kap mexa b’riga differenti ma’ uħud. Meta ħareġ jiddefendiha, qisu qal li hu jaqbel mal-pożizzjoni li ħadet Emma Portelli Bonnici. Din hija xi ħaġa li rrabjat ħafna lin-Nazzjonalisti.

Barra minn hekk, din il-kandidata qed tiġi mressqa bħala ‘star candidate’. Dan ser iwassal għal aktar inkwiet fil-PN. Il-PN qed jagħti arja u spazju lil ċertu kandidati li huma favur l-abort kontra oħrajn.

Dan il-sit żvela li l-Partit Nazzjonalista qed jisponsorja posts ta’ kandidati preferiti fuq Facebook billi jagħtihom il-flus ħalli jtellgħu sponsored posts fuq Facebook. Wieħed jistaqsi jekk il-Partit Nazzjonalista sponsorjax l-post ta’ Emma Portelli Bonnici? Qed nagħmilhom fil-pubbliku għaliex kull darba li nikteb lill-PN, ma nieħux tweġiba,

Leave a Reply